COVID-19
Il-Maltin qed jilbsuhom sew il-maskri u l-visors?

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha.

Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard tispjega kif għandhom jintlibsu l-maskri u l-visors.

Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, Paula Vassallo spjegat li l-maskra għandha tgħatti l-imnieħer, il-ħalq u l-geddum. “Ħa nagħfas il-parti fejn għandi dik il-biċċa tal-metall, nara li tgħatti l-geddum u bil-loops nilbisha.”

Dr Vassallo qalet li qabel u wara li tintlibes il-maskra, wieħed għandu jaħsel idejh bl-ilma u s-sapun jew juża sanitizer.

Spjegat li s-surgical mask għandha tintlibes darba u tintrema – anke jekk tkun intlibset għal ftit minuti. Saħqet li l-maskra m’għandha qatt tintmiss minn barra għax dik hija l-parti li tista’ tkun infettata.

Il-maskra għandha dejjem titneħħa minn wara l-widnejn jew mill-ħoloq elastiċi, titpoġġa f’borża u tintrema fil-borża s-sewda.

Dwar il-maskri taċ-ċarruta, Dr Vassallo spjegat li dawn għandhom ikunu magħmulin minn tliet saffi tal-qoton – idealment mill-materjal li jintuża għall-flokijiet jew investa. Qalet li wkoll importanti li din tkun issikkata.

Dawn il-maskri għandhom jinħaslu kull darba li jintlibsu. “Hemm ħafna nies li qed jagħmluha huma stess. Jagħmlu biċċa basket taċ-ċarruta wkoll ħalli mbagħad din il-maskra nagħmluha f’dan il-basket u naħsluha b’detergent komuni f’temperatura ta’ 60 grad.”

Dr Vassallo rrakomandat li fil-banek tintlibes il-visor għax il-maskri mhux permessi fil-banek. Qalet li anke f’dan il-każ wieħed m’għandux imiss il-parti ta’ quddiem u għandha titneħħa minn wara. Il-visors jitnaddfu bl-alkoħol jew bis-sapun u bl-ilma.

Dr Vassallo spjegat li bil-maskra xorta waħda għandha tinżamm id-distanza ta’ żewġ metri bejn persuna u oħra. Saħqet li l-maskra għandha tintlibes waqt li n-nies ikunu qed jitkellmu.

“Jekk se tilbisha ħażin inti mhux se tipproteġi lil xi ħadd ieħor. Jien il-maskra nilbisha biex nipproteġi lin-nies u xi ħadd ieħor jilbisha biex jipproteġi lili.”

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel sofra xi ġrieħi f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Għaxaq. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq it-Tumbarellu għall-ħabta tas-1.45pm. Mill-ewwel tagħrif li kiseb TVM jidher li x’aktarx ir-raġel weġġa’ wara li…

Turiżmu

Fl-ewwel ġimgħa mill-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport għal titjiriet kummerċjali, waslu Malta 20,000 passiġġier. Il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli, qalet li għalkemm is-sitwazzjoni internazzjonali għadha imprevedibbli ħafna, dawn iċ-ċifri huma inkoraġġanti u…

Qorti

Darryl Luke Borg ta’ 34 sena ġie kkundannat għal disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li nġurja lil ommu, kiser ordni ta’ protezzjoni mposta mill-Qorti sabiex ma jersaqx qrib…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħareġ każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 809 swab test. Dan huwa każ lokali li feġġ fil-komunità, bil-persuna infettata li ma kellhiex sintomi. Il-Ministeru għas-Saħħa…

Aktar