Unjoni Ewropea
Il-Maltin saru jaħsbuha bħall-Isvediżi, l-Olandiżi u l-Belġjani – Lawrence Zammit

Stħarriġ tal-Ewrobarometru wera li l-Maltin huma l-aktar sodisfatti bil-ħajja u bis-sitwazzjoni ekonomika fil-familja u l-pajjiż b’mod ġenerali. Il-Maltin huma fost l-aktar ottimisti fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġejjieni u l-aktar li għandhom fiduċja fil-Gvern. L-immigrazzjoni hi l-aktar kwistjoni li tħassibhom. Lawrence Zammit, l-awtur tar-rapport fuq Malta qalet li r-riżultati jirriflettu l-andament ekonomiku b’saħħtu u osserva li l-opinjonijiet tal-Maltin saru aktar simili tal-pajjiżi fit-tramuntana tal-Ewropa milli tan-Nofsinhar.

96% tal-Maltin intervistati fi stħarriġ tal-ewrobarometru li jsir perjodikament fil-pajjiżi kollha tal-UNjoni Ewropea qalu li b’mod ġenerali jinsabu sodisfatti bil-ħajja; 13% aktar mill-medja fl-Unjoni Ewropea waqt li 95% tal-Maltin qalu li s-sitwazzjoni ekonomika f’Malta hi tajba, l-ogħla fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Fi preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ li sar b’intervisti wiċċ imb wiċċ ma’ ħames mitt persuna (503) f’Novembru li għadda, Lawrence Zammit, Direttur ta’ MISCO u awtur tar-rapport fuq Malta qal li l-opinjoni tal-Malti hija riflessjoni ta’ ekonomija b’saħħitha.

Lawrence Zammit qal “fil-fatt il-Maltin kienu l-ogħla fejn qalu illi l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna hu tajjeb ħafna jew tajjeb mhux ħażin”

Fil-fehma ta’ dawk intervistati ż-żieda fil-prezzijiet hi l-aktar kwistjoni personali li taffettwahom waqt li bħala pajjiż, l-aktar kwistjoni fuq mohhom hi l-immigrazzjoni li ssemmiet minn 50% tal-Maltin filwaqt li l-kwistjoni bħala medja issemmeit minn 61% tal-Ewropej.

Dwar il-fiduċja fil-media u l-istituzzjonijiet, il-Maltin għandhom aktar fiduċja fit-televiżjoni (53%) fir-radju 47% fil-ġurnali (32%) u l-internet (39%)

Il-fiduċja fil-Gvern Malti hi kważi d-doppja tal-medja Ewropea. Mill-ewrobarometru joħroġ li l-fiduċja tal-Malti fil-gvern hija ta 63% waqt li l-medja fl-Unjoni hi ta’ 35%. Dawk li m’għandhomx fiduċja fil-Gvern naqsu bi 12%. Il-fiduċja fil-Parlament żdiedet b’17-il punt perċentwal għal 59% waqt li l-fiduċja fil-partiti politiċi hi d-doppju tal-medja Ewropea. Tkejjel titjib ukoll fil-fiduċja tal-Maltin fil-Pulizija u s-sistema legali u ġudizzjarja.

Is-Sur Zammit qal li dan l-ewrobarometru kkonferma li l-Maltin saru jaħsbuha bħan-Nordiċi milli dawk fil-Mediterran.

Lawrence Zammit qal “l-opinjonijiet tal-Maltin jixbħu l-aktar dawk il-pajjiżi li huma fit-tramuntana tal-Ewropa bħall-Iżvezja, l-Fillandja, l-Ġermanja, id-Danimarka, l-Olanda u mhux tal-ewropea tan-Nofsinhar u lanqas l-Ewropa tal-Lvant”

35% tal-Maltin qalu li b’mod ġenerali l-affarijiet fl-UE sejrin fid-direzzjoni t-tajba (UE – 29%). Dwar il-ġejjieni, 83% tal-Maltin qalu li jinsabu fiduċjużi waqt li l-medja fl-Unjoni Ewropea hi ta’ 67%. Erbgħa minn kull għaxar Maltin qalu li jistennew li ħajjithom se tmur għall-aħjar tul is-sena li ġejja waqt li 50% qalu li se tibqa’ l-istess u erbgħa fil-mija biss qalu li aktarx tmur għall-agħar.

Aħbarijiet Oħra
Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Lokali

Stephanie Galea, omm ta’ żewġt itfal miż-Żurrieq hija r-rebbieħa ta’ Mrs Malta 2019. Galea ħadet sehem ilbieraħ filgħaxija fil-konkors Mrs Malta. Fl-ewwel kummenti rringrazzjat lill-familja kollha tagħha li tawha l-appoġġ….

Aktar