Il-Maltin se jkunu jistgħu jgħinu lill-Pulizija tfittex tfal maħtufa fl-2017

Waqt il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja mill-bidu tas-sena d-dieħla, Malta se tingħaqad ma’ “AMBER Alert Europe” u b’hekk il-Pulizija Maltija tkun f’pożizzjoni li tgħin b’aktar riżorsi fit-tiftix ta’ tfal neqsin jew maħtufin.

pr161700aFl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla, Malta se tibda tuża s-sistema “AMBER Alert Europe” li se tippermetti lill-Pulizija tagħmel użu minn arranġament strutturat, effiċjenti u rapidu biex tgħarraf lill-pubbliku meta jkun hemm il-biża’ li tifel jew tifla jkunu nħatfu jew ġew nieqsa u jkunu f’periklu imminenti. B’hekk, il-pubbliku se jkun f’pożizzjoni aħjar biex jgħin lill-Pulizija sabiex tfal bħal dawn jinstabu malajr kemm jista’ jkun.

Il-Ministru għad-Difiża u l-Intern Carmelo Abela qal, “F’Malta m’għandniex problema kbira u pparagunat ma’ pajjiżi oħrajn nista’ ngħid li din mhix issue. Però nħossu li għandna naħdmu ma’ korpi tal-pulizija oħrajn Ewropej, kif ukoll ma’ din l-organizzazzjoni biex ngħinu fil-koperazzjoni ma’ pajjiżi oħrajn …”

Charlie Hedges, Espert tal-Pulizija dwar tfal neqsin qal lil tvm.com.mt li s-sistema tal-AMBER Alert għandha l-għan ewlieni tagħha l-ħarsien tat-tfal.

Charlie Hedges, minn Amber Alert Europe qal, “Whenever a child goes missing they are at risk of harm because they are not in their familiar surroundings. So it is important that we look at the circumstances behind why they go missing, understand that and respond accordingly … Some of those cases will be abduction, some kidnapped, sometimes exploitation, sometimes trafficking. There are various reasons behind it and it’s important to understand to deal with the problem.”

B’kollox hemm 16-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera li stabbilixxew sistema ta’ allert dwar tfal li jkunu f’periklu imminenti.

Fil-jiem illi għaddew, l-awtoritajiet Maltin kellhom taħditiet mal-President tal-AMBER Alert Europe, Frank Hoen. F’din il-laqgħa ntqal li fix-xhur li ġejjin, il-Pulizija Maltija se ssaħħaħ il-kuntatti tagħha fil-komunità sabiex tkun f’pożizzjoni aħjar biex ixxerred informazzjoni li twassalha biex tgħaddi l-messaġġ lill-pubbliku b’mod effettiv f’każ ta’ allert.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ragel ta’ 58 sena ġie akkużat li ta b’mus lil kuġinuh wara argument fuq kera. L-inċident seħħ jumejn ilu tard waranofsinhar fi Sqaq Warda, f’Ħal Għargħur. Il-vittma, li għandu 74…

Kronaka

Dalgħodu tilfet ħajjitha l-anzjana li ttajret 4 xhur ilu f’San Ġwann. Hija mietet fl-isptar Mater Dei fejn kienet ilha minn dik inhar tal-inċident f’koma kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbet f’rasha….

Enerġija

L-Awtorità tal-Ippjanar għamlet numru ta’ emendi fil-policy dwar il-pompi tal-petrol, li huma bbażati fuq il-proposti li ġew sottomessi fil-konsultazzjoni li saret aktar kmieni din is-sena. L-Awtorità qalet li fost it-tibdiliet,…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għandu fiduċja sħiħa fiċ-Chairman, il-Kap Eżekuttiv u l-bord kollu tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA, li saħaq li hija istituzzjoni indipendenti u awtonoma. Dr Muscat ġie…

Aktar