COVID-19
Il-Maltin se jkunu jistgħu jsiefru lejn 19-il pajjiż minn Lulju

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-Maltin se jkunu jistgħu jsiefru lejn madwar 19-il pajjiż meta l-ajruport ta’ Malta jerġa’ jinfetaħ għat-titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju.

Waqt il-programm Insights fuq TVM ilbieraħ, hija qalet li d-dettalji dwar liema se jkunu dawn il-pajjiżi se jitħabbru fis-sigħat li ġejjin.

Il-Ministru żiedet li se jkun hemm miżuri ta’ mitigazzjoni, kemm fis-swali tat-tluq u anki tal-wasliet, fejn fost oħrajn se jittieħdu t-temperaturi tal-passiġġieri u jintlibsu l-maskri waqt it-titjiriet.

Tista’ tara hawn il-programm sħiħ:

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

Aktar