Lokali
Il-Maltin sodisfatti bil-ħajja u bis-sitwazzjoni ekonomika fil-familja

Stħarriġ tal-Ewrobarometru wera li l-Maltin huma sodisfatti bil-ħajja u bis-sitwazzjoni ekonomika fil-familja u l-pajjiż b’mod ġenerali għalkemm kien hemm xi ftit tat-tnaqqis fl-għadd ta’ persuni li esprimew dan. Lawrence Zammit, l-awtur tar-rapport fuq Malta, qal li l-istħarriġ sar f’Novembru li f’ċerti aspetti rrifletta sentiment negattiiv fuq il-perċezzjoni tad-demokrazija waqt li fl-oqsma oħra baqa’ konsistenti.

Tnejn u disgħin fil-mija tal-Maltin intervistati fi stħarriġ tal-ewrobarometru, li jsir fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea qalu li huma sodisfatti b’ħajjithom. Minkejja li kien hemm tnaqqis meta mqabbel mal-2018, l-għadd ta’ Maltin li huma pożittivi bil-qagħda personali tagħhom hija ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropej.

Fi preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ, li sar b’intervisti wiċċ imb wiċċ ma’ ħames mitt persuna f’Novembru li għadda, Lawrence Zammit, Direttur ta’ MISCO International u awtur tar-rapport fuq Malta qal li l-opinjoni tal-Maltin tirrifleti ż-żmien ta’ tensjoni politika li kien għaddej minnu l-pajjiż meta sar l-istħarriġ.

“Wieħed ippoġġih fl-isfond li mhux neċessarjament jirrifletti dak li għandna llum. Però naħseb xorta interessanti dan il-fatt għax ifisser li l-Maltin ħassew l-issue però ħassew ukoll li vis-a-vis affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Unjoni Ewroea għandhom opinjoni iktar favorevoli.”

Fil-fatt 81% tal-Maltin li ħadu sehem fl-istħarriġ iqisu lilhom infushom bħala ċittadini Ewropej. Fil-fehma ta’ dawk intervistati, il-libertà li wieħed jivvjaġġa, jistudja u jaħdem kullimkien fl-Unjoni Ewropea hija vantaggjuza li tkun ċittadin tal-Unjoni Ewropea. Għal tnejn minn kull tliet Maltin, l-immigrazzjoni baqgħet kwistjonijiet ta’ tħassib.

Is-Sur Zammit qal li l-fehma tal-Maltin fuq ċerti kwistjonijiet fosthom l-ekonomija u l-midja baqgħu konsistenti.

“Pereżempju l-fiduċja li għandhom fil-media f’Malta li reġgħet ħarġet daqsxejn batuta l-livell ta’ fiduċja, però alavolja l-perċezzjoni tal-Maltin dwar l-ekonomija ħżienet ħa ngħidu hekk ma ħżinetx daqshekk li saret negattiva imma għada pożittiva u għada pożittiva ferm meta kkomparata mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Fosri mhijiex għolja li tiżboq id-disgħin fil-mija imma niżlet għal fuq it-tmenin fil-mija.”

Is-Sur Zammit irrimarka li kien hemm xi bidliet fil-fehma ta’ dawk intervistati dwar kwistjonijet politiċi. Semma li kważi nofshom l-maltin qalu li huma kuntenti bil-mod kif taħdem id-demokrazija filwaqt li s-sena ta’ qabel kien hemm kważi tlieta mnn kull erbgħa li jahsbu hekk.

Għall-ewwel darba dan l-istħarriġ inkluda mistosija dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, bil-Matin huma tal-fehma li l-oġġettivi li għandhom jingħataw prijorità huma t-tnaqqis tal-plastik, l-enerġija rinovabbli, u l ambjent ħieles mit-tniġġis.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar