Saħħa
Il-Maltin u t-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż.

Bl-iffirmar ta’ protokol bejn Malta u ċ-Ċina, fl-aħħar 25 sena, eluf ta’ Maltin ibbenefikaw mis-servizzi ta’ mediċina tradizzjonali Ċiniża f’wieħed mit-tliet ċentri li jinsabu f’Kordin, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-IċIsptar Mater Dei.

Id-Direttur taċ-Ċentru Tao Geng qal li s’issa l-Gvern Ċiniż bagħat ħmistax-il tim mediku f’Malta, bl-aħħar wieħed wasal ftit tal-ġimgħat ilu.

”Since 1994 when the first team came to Malta we applied acupuncture, and massage for the Maltese patients. We are the fifteenth Chinese team.”

Dr Tao Geng osserva li l-pazjenti Maltin ibatu l-aktar minn uġigħ f’għonqhom, spallithom, darhom u għarkopptejhom u għalhekk introduċew ‘tuina massage’ – wieħed mill-eqdem tipi ta’ massaġġi Ċiniża.

It-tabiba Shao Qinghua spjegat li dan it-trattament se jkollu riżultati aktar effettivi. Hija qalet li b’dan it-trattament se jindirizzaw ukoll diżordni fl-irqad.

”We treat many kinds of disease not only chronic pains but during the twenty years passed in Malta, the most diseases we treated are not just chronic so we decided to expand the kinds of disease such as depression sleep disorder.”

Fiċ-Ċentru Mediku Ċiniż isiru wkoll trattamenti tal-IVF, bit-trattamenti tagħhom ivarjaw mill-fibromyalgia, l-artrite, uġigħ fl-istonku, għall-asthma u oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-imxija tal-Coronavirus kompliet tinfirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, waqt li l-Italja l-iktar li għandha każi fl-Ewropa tidher li dieħla f’riċessjoni minħabba c-coronavirus. L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin għal darb’oħra kkonferma li s’issa m’hawn…

Qorti

L-eks Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, Andre Camilleri qal li l-bank Pilatus ingħata l-liċenzja qabel irtira hu mill-Awtorità fl-2014 u ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex il-bank ma kellux…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Gvern jikkumpensa €20,000 lill-koppja Cachia minn Tas-Sliema wara li nkiser id-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetà b’valur potenzjali ta’ €700,000 minħabba liġijiet antiki tal-kera li minħabba fihom id-dar…

Aktar