Saħħa
Il-Maltin xorta se jibqgħu jieħdu kura mir-Renju Unit wara Brexit

L-arranġamenti għall-Maltin li jintbagħtu għal kura speċjalizzata u operazzjoninijiet fir-Renju Unit se jibqgħu fis-seħħ anke wara li l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea. Dan ġie konfermat lil TVM mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, li jinsab Londra fl-istess ħin li l-President qed iżżur pazjenti Maltin rikoverati għall-kura hemmhekk. Dawn l-arranġamenti jiswew lill-Gvern somma sostanzjali.

Ta’ kull sena l-Gvern Malti jħallas u jibgħat għall-kura fir-Renju Unit, mat-850 pazjent. L-ispiża għal dan is-sena li għaddiet laħħqet kważi sitt miljun Ewro. Il-ftehim bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit f’dan il-qasam ilu iktar minn 40 sena u dan l-arranġament se jibqa’ fis-seħħ minkejja li kif qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea seta’ kkomplika l-affarijiet.

Dr Fearne żied jgħid li għalkemm Malta għandha wieħed mill-aqwa servizzi tas-saħħa fid-dinja, xorta jeżisti mard u kundizzjonijieet rari li ghax Malta pajjiż żgħir, ikollha tirrikorri f’ċentri barra minn Malta biex pazjenti Maltin ikunu trattati jew operati minn speċjalisti barranin.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal ”għamilna taħditiet mal-gvern Ingliż u l-aħbar hi li iva se jibqa’ jingħata dan is-servizz lill-Maltin u Għawdxin fiċ-ċentri ta’ speċjalizazzjoni fl-Ingilterra. Jiġifieri minkejja Brexit, il-kura fir-Renju Unit se tibqa’ miftuħa għall-pażjenti Maltin u Għawdxin.

Id-Deputat Prim Ministru qal li għalkemm it-taħriġ għat-tobba u speċjalisti Maltin isir ħafna drabi kollu kemm hu f’Malta xorta tibqa’ l-ħtieġa li wieħed jitgħallem f’ċentri ta’ speċjalizzazzjoni barra minn Malta.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne ”wieħed isib metodi ġodda kif jagħti l-kura u ghalhekk ir-Renju Unit jibqa’ pajjiz importanti hafna fejn jitghallmu u jkomplu jispejacilzzaw it-tobba taghna.

Id-deputat Prim Ministru Fearne qal li mal-50 konsulent u speċjalisti barranin jiġu Malta jaraw pazjenti fi sptarijiet Maltin, b’dan in-numru għandu jkompli jiżdied. Dr Fearne ħabbar li fil-5 ta’ Diċembru se tkun varata l-istrategija għas-saħħa mentali ghall-għaxar snin li ġejjin. Żied jgħid li l-Gvern għall-ewwel darba se jġib speċjalisti barranin f’dan il-qasam biex jgħinu fit-twettiq ta’ din l-istrateġija.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar