Lokali
Il-MAM se tissospendi d-direttivi għal azzjonijiet industrijali

Wara taħdidiet tal-bieraħ mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, l-Assoċjazzjoni tat-tobba ħabbret li bħala ġest ta’ rieda tajba, issosspendiet l-avviż għal azzjonijiet industrijali li setgħu jsiru l-Ħamis u l-Ġimgha li ġej.

Il-Gvern u l-MAM ser ikomplu bin-negozjati bejniethom għada wara li lbieraħ iż-żewġ naħat qalu li kellhom taħdidiet kostruttivi u għamlu progress u issa kienu qed jevalwaw il-proposti ta’ xulxin.

L-Assoċjazzjoni Medika qalet li qed tħares ‘il quddiem għal-laqgħa ta’ għada bit-tama li ż-żewġ naħat jaħdmu għal konklużjoni sodisfaċenti. Il-kwistjoni hija dwar it-trasferiment tal-kuntratt tal-VGH lil Sterward Healthcare, bil-MAM kienet qalet li l-Gvern għandu jwaqqaf dan il-ftehim.

Ara wkoll:

Il-Gvern u l-MAM se jerġgħu jiltaqgħu wara laqgħa produttiva

Il-MAM tawtorizza azzjonijiet industrijali għall-Ħamis u l-Ġimgħa

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul…

Lokali

Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…

Kultura

Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…

Sport

Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…

Aktar