COVID-19
Il-MAM tappella għal aktar restrizzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa

Fi stqarrija, il-MAM appellat lill-awtoritajiet biex jimponu aktar restrizzjonijiet fi tmiem kull ġimgħa biex tiġi kkontrollata aħjar l-imxija tal-Covid-19.

Dan l-assoċjazzjoni qalitu fid-dawl tas-swali tal-isptar Mater Dei li kull ma jmur qed jimtlew sa ruħ ommhom b’pazjenti bil-Covid-19 hekk kif ikkummentat li n-numri ta’ infezzjonijiet qed jiżdiedu.

Il-MAM temmen li fi tmiem il-ġimgħa, mill-Ġimgħa sal-Ħadd, l-awtoritajiet għandhom jagħmlu bħala miżura ta’ mitigazzjoni li ssir kontra l-liġi jekk wieħed jinsab barra wara d-21:00 imqar għal perjodu ta’ ġimagħtejn.

Qalet ukoll li għandhom jiżdiedu l-ispezzjonijiet f’postijiet bħal Paceville u Buġibba mentri għandhom isiru spezzjonijiet fil-festi tal-Karnival.