COVID-19
Il-MAM u l-MUMN jissospendu d-direttivi tagħhom

F’laqgħa bejn l-Assoċjazzjoni Medika Maltija u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ntlaħaq ftehim fil-prinċipju dwar l-abbozz ta’ dokument fuq kif għandhom jiġu indirizzati l-perikli tal-attivitajiet tal-massa, kif ukoll kif tindirizza ż-żieda fil-każijiet sabiex jiġu evitati riskji lill-istaff mediku u l-pubbliku ġenerali.

Intant, ġiet skedata laqgħa għal nhar it-Tlieta sabiex jiġi rfinat id-dokument ta’ ftehim.

Bħala ġest ta’ rieda tajba, il-MAM qalet li se tissospendi d-direttivi tagħha għal nhar l-Erbgħa, 5 t’Awwissu.

Aktar tard, l-MUMN ukoll qalet li ssospendiet id-direttivi tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

COVID-19

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) mhux qed tirrakkomanda li l-pajjiżi jerġgħu jmorru lura għal-lockdowns nazzjonali, iżda minflok għandhom jimplimentaw miżuri lokalizzati kontra l-imxija tal-Covid-19. Dan intqal minn Dr Maria Van Kerkhove…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Aktar