COVID-19
Il-MAM tirreaġixxi għall-miżuri mħabbra lbieraħ

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM, qalet li miżuri tajbin kontra l-pandemija tal-coronavirus imma b’infurzar falz mhux jonqsu n-numri tal-Covid.

Fi stqarrija dalgħodu, il-MAM qalet li l-Maltin għad iridu jaraw l-agħar ta’ din il-pandemija hekk kif qed tbassar li se jiżdied l-għadd ta’ persuni li jidħlu fit-taqsima tal-kura intensiva u anke l-imwiet.

Il-MAM qalet li l-attitudni tal-gvern li “business as usual” u l-illużjoni falza ta’ normalità, li ppromwova l-Prim Ministru nnifsu, waslu għal rekord wara l-ieħor ta’ każijiet.

Il-MAM qalet li dan hu l-aħħar ċans għall-Maltin hekk kif huma biss jistgħu jagħtu tama lis-sitwazzjoni. Waqt li laqgħet il-miżuri mħabbra lbieraħ filgħaxija, il-MAM qalet li jekk dawn ifallu m’hemmx għażla oħra għajr fost oħrajn għal lockdowns bħalma seħħ fi Spanja, Franza u r-Renju Unit.