COVID-19
Il-MAM tistenna risposta mingħand il-Gvern biex tara jekk tissospendix id-direttivi

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qalet li tilqa’ l-istqarrija tas-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci li hi kontra l-attivitajiet tal-massa.

Fi stqarrija, il-MAM, waqt li kwotat stqarrija tas-Supretendent tas-Saħħa, qalet li Prof Gauci hija kompletament kontra l-attivitajiet tal-massa. Qalet li tinsab iddiżappuntata li l-Ministru tat-Turiżmu injorat dan l-avviż u awtorizzat l-attivitajiet tal-massa.

Qalet li minn attività ta’ 700 individwu, marċ f’Santa Venera wassal biex jerġgħu jiżdiedu l-każijiet tal-Covid-19.

Il-MAM qalet li qed tistenna risposta mingħand il-Gvern biex il-Kunsill jiddeċiedi jekk jissospendix id-direttivi ppjanati għal nhar it-Tnejn.

Min-naħa tagħha l-MEA appellat lill-unions tal-qasam tas-saħħa biex jissospendu l-azzjonijiet industrijali. L-MHRA qalet li pożizzjonijiet estremi jwasslu għar-riżultat diżastruż u appellat lill-Gvern biex jieħu l-azzjonijiet neċessarji li jirriflettu bilanċ bejn il-benefiċċju tal-pubbliku, tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem. Saħaq li jekk ibati s-settur tat-turiżmu l-ekonomija kollha tbati.

Ara wkoll:

Mit-Tnejn posposti l-appuntamenti kollha tal-outpatients f’Mater Dei u f’Għawdex