COVID-19
Il-MAM twissi li terġa’ timplimenta d-direttivi jekk il-Gvern ma jiħux azzjoni

B’reazzjoni għal dak li qal il-Prim Ministru, l-Assoċjazzjoni Medika Matlija (il-MAM) qalet li tinsab imħassba b’dak li qal ilbieraħ għaliex tħoss li Dr Abela mhux qed jifhem il-gravita tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna u l-impatt tagħha fuq is-saħħa pubblika u l-ekonomija.

Skont l-Assoċjazzjoni Dr Abela għadda kummenti mhux ibbażati fuq ix-xjenza u l-fatti, fosthom fejn ċaħdet l-istqarrija tal-Prim Ministru, li Malta għandha l-inqas rata ta’ każijiet, mentri fil-fatt Malta għandha l-ogħla rata ta’ każijiet fl-Unjoni Ewropea anki meta wieħed inaqqas l-immigranti li ġew infettati.

Fl-istqarrija tagħha qablet biss fejn Dr Abela tkellem fuq l-iswabbing fejn ammettiet li Malta għandha rata għolja ta’ swabbing.

L-Assoċjazzjoni Media Maltija qalet li kif ilha tisħaq iktar minn għaxar persuni flimkien m’għandhomx ikunu permessi li jiltaqgħu u li l-ilbies
tal-maskri għandu jkun obbligatorju. Aktar minn hekk min ġej minn barra għandu jkollu ċertifikat negattiv sa 72 siegħa qabel ma jidħol fil-pajjiż, għaliex b’dan il-mod biss tiġi kkontrollata il-pandemija.

Minħabba dan kollu, il-MAM qalet li se jkollha mill-ġdid iddaħħal id-direttivi tagħha b’seħħ minn għada t-Tlieta sakemm il-Gvern ma jiħux azzjoni fuq il-punti li ilha tisħaq dwarhom.