Politika
Il-manifest ‘Malta f’Qalbna’ b’10 prijoritajiet fosthom l-ambjent u l-ugwaljanza fil-pagi

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-manifest tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għandu tema soda u ċara: “Malta f’Qalbna”, b’għaxar prijoritajiet li jgħoddu għall-Malta u għall-Ewropa. Qal li l-manifest jinkludi deċiżjonijiet ambjentali kuraġġużi u l-ugwaljanza biex fost oħrajn jonqos id-distakk fil-pagi bejn l-irġiel u nisa u biex jidħol il-leave tal-familja.

F’attività politika f’Ħaż-Żebbuġ, Dr Muscat qal li sa ftit tas-snin ilu kien hemm oqsma li kienu kompletament maqtugħin mis-soċjetà, fosthom in-nisa u dawk li għandhom diżabbiltà, li qal qatt daqs illum ma huma attivi fid-dinja tax-xogħol. Qal li l-inklużjoni tagħhom issegwi t-twettieq ta’ policies li ffaċilitaw l-impjieg u l-indipendenza finanzjarja.

Il-Mexxej Laburista qal li min qed jipprova juża’ r-retorika tal-lemin estrem dwar il-barranin u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn is-suq tax-xogħol se jgħarralu. Dwar l-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-barranin f’Malta, Dr. Muscat qal li dan l-argument in-Nazzjonalisti messhom għamluh ħmistax-il sena ilu fid-dibattitu dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea u mhux issa. Dr Muscat qal li hemm ħames mitt miljun Ewropej li għandhom dritt li jmorru jaħdmu fejn iridu fl-Ewropa bħalma għandhom ukoll dan il-jedd il-Maltin; u li l-kontribut tal-barranin huwa essenzjali biex isir xogħol li ma jridux jagħmlu l-Maltin.

Dr Muscat qal li Malta qed tħaddem politika eżemplari f’oqsma varji u semma kif se tkun fuq quddiem b’magni li jagħtu l-flus lura għall-fliexken tal-plastik riċiklati, ħafna qabel il-pajjiżi fl-Ewropa. Qal li kif elenkat fil-manifest, sal-aħħar tas-sena, il-Gvern Malti se jdaħħal skema li biha se jiġu rkuprati 70 fil-mija tal-flixkien tal-plastik biex jiġu riċiklati. Dr Muscat qal li dan flimkien mal-qalba għal użu ta’ karozzi elettriċi li l-istrateġija dwarha se tkun pubblikata dalwaqt, jagħmel lil Malta fost l-ewwel pajjiż fl-Ewropa biex ittaffi l-pjaga tal-iskart mill-plastik u biex ittejjeb il-kwalità tal-arja.

Irrefera għat-tema tal-manifest “Malta f’Qalbna” u qal li l-Partit Laburista u l-kandidati tiegħu jinteressahom mill-ħolqien tal-ġid u l-għaqda fost il-poplu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ persuni ntlaqtu minn vettura fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Xatt l-Għassara ma’ moll iċ-ċingaturi. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 28 sena mill-Imqabba. Il-persuni milquta huma żewġt…

Lokali

Il-Ministri Konrad Mizzi u Owen Bonnici qalu li nħolqu profili foloz tagħhom u qed joqogħdu jitkellmu man-nies. Fuq Facebook, il-Ministru Bonnici qal li min ħoloq dawn il-profili qed joqgħod jkellem…

Edukazzjoni

Is-sena li għaddiet 3,500 tifel u tifla ta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena ġew reġistrati fil-Klabb 3-16. Is-servizz mogħti minn madwar 600 persuna fi 28 skola joffri serħan il-moħħ u…

Kronaka

Fire Gepostet von Paul Camenzuli Kerr am Sonntag, 18. August 2019 Nirien li tkebbsu f’residenza privata fi Triq Bizazza f’Tas-Sliema waslu biex 12-il persuna li kienu evakwati ngħataw l-assistenza medika…

Aktar