Edukazzjoni
Il-MAPSSS titlob lill-għalliema biex jikkonsidraw il-pożizzjoni tagħhom

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri ta’ Studenti fl-Iskejjel tal-Istat (MAPSSS) talbet lill-għalliema biex jikkonsidraw il-pożizzjoni tagħhom biex l-istudenti fl-iskejjel medji u sekondarji jagħmlu l-eżamijiet tal-Matematika u tal-Malti tal-aħħar tas-sena. Hija appellat ukoll lill-Gvern biex idaħħal mekkaniżmu li jevita li għalliema jkollhom numru ta’ lezzjonijiet aktar minn dak stabbilit.

F’ittra li ntbagħtet lill-għalliema, li kopja tagħha ntbagħtet lill-midja wkoll, intqal li l-ittra ntbagħtet fl-isfond tal-laqgħa li saret għall-kapijiet tad-dipartiment u l-għalliema tal-Matematika u tal-Malti.

L-MAPSSS qalet li tirikonoxxi ħidmet l-għalliema matul is-sena kollha,xi kultant anke b’nuqqas ta’ riżorsi u tifhem li hemm għalliema li għandhom numru ta’ lezzjonijiet aktar milli maqbul fil-ftehin kollettiv.

Qalet li temmen li għandha tinstab soluzzjoni konkreta u fattibli. Saħqet li l-eżamijiet mhux biss huma riflessjoni tax-xogħol li l-istudent għamel matul is-sena, imma jirriflettu wkoll il-ħidma sfieqa li l-għalliema jagħmlu b’tant dedikazzjoni. Tenniet li l-istudenti jiġu mċaħħda minn dan il-pass importanti fl-evalwazzjoni tax-xogħol tagħhom, ifisser ukoll li l-għalliem jiġi mċaħħad mir-rikonoxximent għax-xogħol li għamel matul is-sena.

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru. Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament….

Statistika

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn…

Annimali

Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu. Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp…

Kronaka

€15,400 mhux iddikjarati ġew konfiskati mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport ta’ Malta. L-uffiċjali waqqfu passiġġier li kien mistenni jitlaq minn Malta b’ammont ta’ flus mhux iddikjarati. Huwa ikkopera mal-uffiċjali fejn aċċetta li jiġu…

Aktar