Qorti
Il-mara allegatament stuprata minn surġent tgħid li kien hu li ġibed il-filmat waqt is-sess orali

Kien is-surġent tal-Pulizija mixli li stupra mara li ġibed il-filmat tagħha twettaq sess orali fuqu.

Kienet is-Supretendent Graziella Muscat Buhagiar li xehdet dan quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella hekk kif bdew jinstemgħu l-provi fil-konfront tas-Surġent Glenn Carabott ta’ 40 sena.

Is-Supretendent Muscat Buhagiar xehdet fuq dak li qaltilha l-vittma li għandha dipendenza qawwija fuq id-droga u kienet abbużata meta kienet żgħira.

Is-surġent mar id-dar fis-17 ta’ April wara li kienet għamlet rapport li ġiet misruqa.

X’ħin daħal fid-dar huwa kien jidher taħt l-influwenza tad-droga u taha kumpliment dwar id-dehra tagħha.

Huwa beda jmiss lilu nnifsu b’mod indiċenti u l-mara staqsietu għaliex ġie waħdu u mhux ma’ uffiċjali tal-forensika.

Skont il-vittma s-surġent qalilha li kien jagħmel il-vidjow pornografiċi u jitħallas talli jtella’ filmati ma’ numru ta’ nies.

Kien meta daħal fil-kamra tas-sodda u tbaxxiet biex iġġib xi ħaġa minn kexxun li rat il-bieb jingħalaq.

Dejjem skont l-istess xhud, il-vittma qaltilha li mill-esperjenza tagħha taf li meta raġel jibda jwettaq abbuż jieqaf biss meta jlesti.

Skont il-mara hija għamlet is-sess orali mhux għax kienet mhedda imma għax riedet teħles malajr u ratu jiffilmja l-att.

Huma spiċċaw fis-sodda u qaltlu li kellha infezzjoni trasmessa sesswalment u kien aħjar li ma jagħmlux sess.

Il-mara ddeskriviet lis-Surġent Carabott bħala annimal li trattaha bħala oġġett.

L-akkużat għandu jiddefendih lill-Avukat Arthur Azzopardi waqt li għaliha qed jidher l-Avukat Renè Darmanin.