Kurżitajiet
Iddispjaċiha li ħolqot Jum l-Omm

Il-mara li kkampanjat biex l-omm tiġi mfakkra b’jum apposta, spiċċat biex iddiżassoċjat ruħha minn din il-festa meta rat li kienet inbidlet f’karru għan-negozjanti u dawk li riedu jimbuttaw l-aġendi tagħhom.

Kien fl-1904 meta, wara l-mewt t’ommha, Anna Jarvis bdiet kampanja biex jinħoloq jum iddedikat lill-omm.

Tliet snin wara din il-festa ġiet iċċelebrata għall-ewwel darba fi knisja Metodista fi Grafton, West Virginia, u fl-1914 il-President Woodrow Wilson approva abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu Jum l-Omm sar festa nazzjonali.

Jarvis kienet speċifika ħafna fl-għażla tal-kliem tagħha. Hija riedet Mother’s Day; fejn l-ulied jiċċelebraw ir-relazzjoni ma’ ommhom, li hija unika. Jarvis ma riditx Mothers’ Day, fejn b’mod kollettiv jiġu ċċelebrati l-ommijiet ta’ kulħadd u kullimkien.

Iżda dan kien proprju dak li ġara mill-festa li ħolqot. Matul ħajjitha Jarvis spiċċat tiġġieled man-negozjanti tal-fjuri għall-prezzijiet esaġerati li kienu qed jitolbu f’Jum l-Omm, u kienet ukoll arrestata għax bdiet tikser il-paċi pubblika.

Jarvis reġgħet bdiet tikkampanja biex twaqqaf Jum l-Omm, iżda din id-darba x-xewqa tagħha ma rnexxietx.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

Kelb fi New Jersey ma ħasibhiex darbtejn biex jeħodha ma’ ors li sab fil-ġnien tal-ġirien tiegħu. L-inċident inqabad minn kamera tas-sigurtà, u f’leħħa ta’ berqa dar mad-dinja wara li ttella’…

Barranin

Mara fit-Turkija li kienet qed issiefer għall-ewwel darba ppruvat titla’ fl-ajruplan mill-conveyor belt tal-bagalji. Il-każ seħħ f’ajruport ġdid f’Istanbul, fejn l-inċident imbarazzanti ta’ din il-passiġġiera nqabad fuq filmat minn kamera…

Aktar