Droga
Il-mara ta’ “El Chapo” tammetti li għenet lil żewġha fit-traffikar tad-droga

Il-mara tat-traffikant tad-droga Messikan Joaquin “El Chapo” Guzman ammettiet fil-Qorti Amerikana li għenet lil żewġha jmexxi l-kartell Sinaloa.

Guzman huwa meqjus bħala l-ikbar traffikant tad-droga fid-dinja u l-grupp kriminali tiegħu Sinaloa huwa meqjus fost l-iktar b’saħħithom u perikolużi kemm fil-pajjiż kif ukoll fid-dinja.

Emma Coronel Aispuro ammettiet it-tliet kapijiet ta’ akkużi: assoċjazzjoni bi skop ta’ traffikar tad-droga, assoċjazzjoni fil-ħasil tal-flus u negozjati għal attivitajiet kriminali mal-istess kartell.

Aispurio, ta’ 31 sena, ġiet ikkundannata għall-ħabs kważi sentejn wara li żewġha ntbagħat għomru l-ħabs b’rabta mat-traffikar tad-droga u pussess ta’ armi.

Il-mara ta’ “El Chapo”, li għandha ċittadinanza Messikana u Amerikana, kienet arrestata fi Frar li għadda. Is-sentenza se tingħatalha fil-15 ta’ Settembru li ġej.