Lokali
Il-mara tad-dar għandha titħallas?

Minn żmien għal żmien iqum id-dibattitu dwar il-familja u x-xogħol. Fil-ħajja tal-lum f’ħafna familji, iż-żewġ ġenituri joħorġu jaħdmu.

TVAM iddiskuta jekk il-mara tad-dar għandhiex titħallas għal xogħolha. Dan fl-isfond li sar studju li jgħid li jekk mara tad-dar titħallas għandu jkollha mal-€35,000 paga u dan ma jinkludix is-sahra wara li taqbeż it-12-il siegħa xogħol kuljum.

Waqt il-programm, Simone Alamango qalet li ħafna nies jaqblu li x-xogħol tad-dar huwa imprezzabbli. Madankollu qalet li ħafna nisa li jaħdmu barra d-dar qalu li l-mara tad-dar m’għandhiex titħallas inkella għandhom jieħdu ħlas huma wkoll, li jagħmlu x-xogħol tad-dar wara x-xogħol l-ieħor.

Min-naħa tagħha, Marthese Borg, Head Family Unit Caritas Malta, qalet li għandu jkun hemm għażla li jekk mara tixtieq tibqa’ taħdem id-dar titħallas iżda jekk se toħroġ taħdem ma titħallasx għax-xogħol tad-dar għax dak ix-xogħol jinqassam bejn tnejn.

Id-diskussjoni tkellmet ukoll dwar it-trobbija tat-tfal. Marthese spjegat li minħabba li l-ġenituri qed joħorġu jaħdmu t-tnejn li huma u t-tfal qed jintbagħtu fiċ-child care centre, it-tfal qed ikollhom vojt kbir u dan se jħalli riperkussjoni fuq it-tfal la jikbru. Innotat li t-tfal ġieli jibnu rabta mal-carer minflok mal-ġenituri.

Tista’ ssegwi l-intervista sħiħa minn hawn.

TVAM jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7am sad-9am.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Gvern qal li rapporti mxandra fuq mezzi tax-xandir, li kienu wkoll riprodotti minn membri tal-Oppożizzjoni, dwar allegazzjonijiet ta’ żidiet fil-pagi tal-membri tal-Kabinett huma għalkollox foloz. Fi stqarrija, il-Gvern qal li s-salarji…

Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Qorti

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li m’għandhomx residenza fissa f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom. L-ispettur Anthony Scerri ppreżenta bħala evidenza kważi…

Aktar