Solidarjetà
“Il-mard m’għandux Covid u mhux Covid” – appell mis-Sinjura Vella għat-telethon ta’ nhar il-Ħadd

Fl-aħħar xhur straordinarji bħal donnu kollox waqaf zoptu mil-lejl għan-nhar. Ilkoll, b’xi mod jew ieħor sfajna milquta mir-realtà bla preċedent li sibna rwieħna fiha fl-aħħar xhur. Għal uħud, jaf kollox baqa’ miexi ħarir. Oħrajn, iżda, jaf ġew daharhom mal-ħajt għal diversi raġunijiet. Fost l-oħrajn, lil hinn mill-għawġ li ġab miegħu l-virus li jinsab fuq fomm kulħadd, il-bżonn soċjali u mediku mal-erbat irjieħ xorta waħda baqa’ magħna.

F’dan l-isfond, f’kummenti lil tvm.com.mt is-Sinjura Vella qalet li frott iċ-ċirkostanzi r-Rockestra kellha titħassar u l-Fun Run jaf tmissha l-istess xorti. Liema attivitajiet, minn sena għall-oħra jirrendu sostanzjalment finanzjarjament bil-għan li l-bibien tal-Malta Community Chest Fund jibqgħu miftuħa kemm jista’ jkun għal kulħadd.

Fid-dawl ta’ dan, is-Sinjura Vella stqarret li nhar il-Ħadd 20 ta’ Settembru se ssir telethon televiżiva ta’ 12-il siegħa ġaladarba fl-aħħar xhur bosta xorta waħda baqgħu jiġu bżonn l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund, fosthom dawk il-persuni li jeħtieġu trattament tal-onkoloġija.

Filwaqt li spjegat li l-preparamenti għal nhar il-Ħadd għadhom għaddejjin ġmielhom, is-Sinjura Vella appellat lill-pubbliku sabiex nhar il-Ħadd min jista’ jagħti dik ix-xi ħaġa żgħira minn butu biex il-Malta Community Chest Fund tkun tista’ tkompli bil-ħidma sfieqa tagħha ma’ kull min jeħtieġ l-għajnuna tagħha.

It-telethon, se tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha lokali, minn nofsinhar sa nofsillejl.

https://www.facebook.com/138329512971382/videos/1028461510947780/

Aħbarijiet Oħra

Inġabru ftit aktar minn €500,000 s’issa waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi mill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund. 5️⃣0️⃣0️⃣,0️⃣0️⃣0️⃣ – GRAZZI! 🇲🇹 5100 2020 – €205190 2030 – €505130 2000 –…

Il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella wasslu messaġġ lill-poplu Malti u Għawdxi waqt il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund. Huma appellaw lill-pubbliku biex jaħseb f’min…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar