Lokali
Il-Marsovin jerġa’ jiċċelebra t-tjubija tal-inbid u l-kultura Maltija

Reġa’ magħna l-festival tal-inbid tant maħbub tal-Marsovin, li se jseħħ bejn it-12 u l-14 ta’ Lulju fl-isfond pittoresk tal-ġonna ta’ Hastings, il-Belt Valletta.

Din is-sena hija waħda ferm speċjali hekk kif il-Marsovin tiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tagħha. Il-ġonna ta’ Hastings joħolqu atmosfera perfetta għal avveniment li jiċċelebra inbid ta’ kwalità u l-kultura Maltija. Ma jonqsux ukoll il-veduti spettakolari tal-forti Manwel u l-port ta’ Tas-Sliema.

L-iskop tal-festival hu li jipprovdi atmosfera ta’ divertiment u kultura, mżewwaq bl-aqwa mużiċisti Maltin li ser jieħdu sehem kuljum. Ta’ min wieħed isemmi wkoll huwa s-selezzjoni ta’ ‘l-fuq minn 30 tip ta’ inbid iċċertifikati ta’ kwalità D.O.K u I.Ġ.T, magħmulin minn għeneb imkabbbar f’Malta u Għawdex.

Il-festival huwa immirat għal dawk li għandhom interess ġenwin fl-inbid u minkejja li l-Marsovin tinkoraġixxi lill-pubbliku sabiex iduq il-varjetà ta’ inbid billi toffri wkoll ‘tasters’ disponibbli minn kull bar, tħeġġeġ lil kull min jattendi sabiex jixorbu b’mod responsabbli.

Bħall-edizzjonijiet preċedenti, il-festival ser jaħdem b’sistema ta’ tokens li jissarfu f’inbid, din is-sistema wkoll tagħmel mezz biex dawk li jattendu jkunu jistgħu jduqu diversi inbejjed b’mod responsabbli. Il-Marsovin se terġa’ tħejji rokna fejn wieħed jista’ jitgħallem fuq l-inbid, b’mod interattiv u interessanti.

Din il-Wine Educational Area ser tikkonsisti minn blind tasting ta’ selezzjoni ta’ inbid, spjegazzjoni dettaljata tagħhom, u anke l-opportunità li jintrebħu xi premji. Bookings qegħdin jittieħdu billi jintbagħat email fuq [email protected]

Din is-sena, il-Marsovin stiednet uħud mill-aktar gruppi mużikali popolari Maltin fosthom Red Electrick, The Travellers, The New Victorians u Matthew James fost oħrajn.

Marsovin qiegħda tqabbad ukoll diversi ristoranti li ser ikunu qed joffru varjetà kbira ta’ ikel bnin u varjat, fosthom Temptasian, Eat Me I’m Famous, Fat Louie’s u The Pulled Meat Company.

Il-prezz ta’ dħul huwa ta’ €20, dan jinkludi tazza tal-inbid ‘Limited Edition’ tal-100 sena anniversarju, kif ukoll valur ta’ €20 f’tokens li jissarfu fl-għażla vasta ta’ inbid li se jkun hemm disponbbli. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-entrata kif ukoll minn qabel mill-ħwienet: The Master Cellar in-Naxxar jew mill-Marsovin Cellars – Raħal ġdid.

Għal aktar informazzjoni żur : www.marsovinwinefestival.com jew ċempel fuq: (+356) 23662383 / (+356) 23662382 / (+356) 21824918 jew ibgħat email fuq [email protected]

Dan huwa artiklu bi ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Aktar