Lokali
Il-maskot tat-Tazza tad-Dinja fuq bolla Maltija

Minn għada se toħroġ bolla biex tiċċelebra t-Tazza tad-Dinja 2018 fir-Russja.  Il-ħruġ tal-bolla se jaħbat mal-bidu ta’ dan it-tornew l-iktar prestiġġjuż tal-futbol.

Fi stqarrija maħruġa mill-Maltapost jingħad li l-bolla għandha l-valur ta’ €3 u turi l-maskot uffiċċjali tat-Tazza tad-Dinja li din is-sena huwa lupu bl-isem ta’ Zabivaka li sar mid-disinjatriċi Ekaterina Bocharova.

Il-bolla Maltija b’watermak bis-Salib ta’ Malta ġiet iddisinjata bħala parti minn folja ta’ 84 millimetru b’84 millimetru mid-disinjatur tal-Maltapost Sean Cini.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tifel ta’ 14-il sena se jiġi operat f’saqajh għal ġrieħi serji li sofra meta kelb tar-razza pitbull attakkah kmieni dalgħodu. Il-każ seħħ ftit wara l-5am fi Triq San Ġwann f’Bormla….

Kronaka

It-toroq Maltin, swew il-ħajja ta’ disa’ persuni li tilfu ħajjithom f’inċidenti serji tat-traffiku bejn April u Ġunju li għadda. Għalkemm l-għadd tal-fatalijiet f’dan il-perjodu kienu tliet darbiet aktar mill-istess perjodu…

Kronaka

Kmieni dalgħodu, membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa wara li raġel ta’ 41 sena waqa’ wara ċint għoli ta’ madwar sitt filati. L-inċident seħħ għal ħabta tal-5.30am, meta l-pulizija…

Kronaka

Ġlieda bejn żewġt irġiel u mara mill-Eritrea wasslet biex il-Marsa sofriet ġrieħi gravi u tinsab għall-kura l-isptar. Il-pulizija qalet li għall-ħabta tas-1am, intalbet l-assistenza tagħha f’restaurant fi Sqaq l-Ajkla fil-Marsa…

Aktar