Edukazzjoni
Il-Matsec se jinvestiga rapporti ta’ storbju waqt eżami tal-Malti

Wara rapporti ta’ storbju waqt eżami tas-SEC tal-Malti fl-iskola Giovanni Curmi, il-bord tal-Matsec qal li se jkompli jinvestiga biex jara li l-istudenti li kienu f’dan l-eżami ma jiġux żvantaġġjati.

Intqal li l-istorbju waqt it-Tieni Karta tal-eżami kien ġej minn dar privata biswit l-iskola, li fiha kien għaddej xi festin.

Fi stqarrija l-Matsec qal li d-Dipartiment tal-Eżamijiet qiegħed f’taħditiet mal-awtoritajiet biex ma jkunx hemm każijiet oħra ta’ storbju waqt li jkunu għaddejja l-eżamijiet.

B’kollox hemm 5,407 student li qed jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC, flimkien ma’ 883 oħra li qed jagħmlu eżamijiet f’suġġetti vokazzjonali fl-istess livell u 3857 kandidat li ressqu għall-eżamijiet tal-MATSEC, li se jibqgħu għaddejjin sat-tielet ġimgħa ta’ Ġunju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell,…

Saħħa

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż. Bl-iffirmar ta’ protokol…

Kronaka

Ir-residenti tal-blokk appartamenti f’Ħal Qormi, fejn seħħ in-nar dalgħodu, ingħataw is-serħan tal-moħħ li jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li wara li l-Awtorità tad-Djar ħadet…

Qorti

Wieħed minn persuni arrestati waqt party fir-Rabat fil-lejl ta’ Santa Marija l-ġimgħa l-oħra, baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li kellu 66 qartas b’sustanza bajda allegatament droga. L-Ingliż, Ralph…

Aktar