Saħħa
Il-MCCF bi spiża ta’ €800,000 fix-xahar għal kimoterapija speċjalizzata

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca bdiet żjara fi sptarijiet f’Londra fejn pazjenti Maltin imorru għall-kura. B’kollox se żżur seba’ sptarijiet u tliet residenzi li fihom joqogħdu pazjenti u qrabathom.

Ma’ TVM hija stqarret li l-ispiża tal-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund kull sena qed tkompli tiżdied. Qalet li l-ispiża għall-kimoterapija speċjalizzata telgħet għall-€800,000  fix-xahar filwaqt li din is-sena l-ispiża fuq ħtiġijiet ta’ ikel, trasport u akkomodazzjoni għall-pazjenti u qrabathom li jsiefru barra għall-kura, leħħqet il-miljun Ewro.

Dan minbarra li biż-żidiet li għandha quddiemha l-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund għas-servizzi differenti li tagħti, qed ikun proġettat li l-ispiża globali għal din is-sena biex tlaħħaq mad-domanda ta’ min jirrikorri għall-għajnuna minn għandha, se tqarreb id-disa’ miljun Ewro.

Il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund din is-sena se tkun għenet mat-800 persuna – bejn pazjenti u qrabathom li jakkumpanjawhom, biex imorru barra għall-kura mhux biss fl-Ingilterra imma anke fl-Italja, Sqallija, il-Ġermanja u Spanja.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar