Saħħa
Il-mediċini li qed tieħu huma tajbin għalik?

L-Interpol, il-Europol u l-aġenziji nazzjonali dwar il-mediċina huma impenjati li jissekwestraw mediċini ffalsifikati, waqt li kull sena jagħlqu mijiet ta’ siti tal-internet illegali. Mis-Sibt illi għadda, il-Kummissjoni Ewropea bdiet tapplika regoli ġodda biex tiżdied is-sikurezza għall-mediċini li jinbiegħu bir-riċetta tat-tabib f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropa.

Bejn l-2013 u l-2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mal-400 notifika dwar mediċini ffalsifikati. Fl-2017 biss, fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea ġew sekwestrati mediċini ffalsifikati b’valur ta’ kważi €7 miljun.

Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott, qal lil TVM li l-mediċini ffalsifikati jista’ jkun fihom ingredjenti, inkluż ingredjenti attivi, li jkunu ta’ kwalità baxxa jew ta’ doża żbaljata. Wissa’ li dan jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa. Biex il-konsumaturi jiġu mħarsa minn dawn il-mediċini mhux awtorizzati, il-pakkett tal-mediċini ser jibda jkollhom tikketta speċjali ta’ sigurtà magħrufa bħala 2D.

Profs. Anthony Serracino Inglott qal “dan id-device li huwa forma ta’ barcode se jkun speċifiku għal kull mediċina, għal kull pakkett individwali li se jkun jista jiġi jdentifikat u jridu jiġi rilaxxat fil-ħin li jingħata lill-pazjent”.

Il-Professur Serracino Inglott qal li l-bidliet mhux se jidhru mill-ewwel, peress illi l-kumpaniji jistgħu jkomplu jbigħu l-prodotti fl-istokk. Għalhekk, għall-bidu, fl-ispiżeriji se jibqgħu disponibbli pakketti bil-barcode 2D u mingħajru.

Profs. Anthony Serracino Inglott qal “l-Awtorità kif dejjem għamlet f’affarijiet oħra se tkun viġilanti biex tara li pazjent Malti u anke dak Ewropej ikun qed jieħu servizz fejn nassiguraw iżjed l-aħjar metodi li qed insegwu l-kwalita tajba tal-mediċini”.

Il-Kummissarju Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, Vytenis Andriukaitis, qal li filwaqt li jeħtieġ li jsir iktar xogħol biex jiġi żgurat li s-sistema l-ġdida tiffunzjona tajjeb fl-Unjoni Ewropea. Sostna li dan huwa livell ieħor ta’ sikurezza għaċ-ċittadini biex jiġu protetti mill-perikli ta’ mediċini mhux awtorizzati, mhux effettivi jew perikolużi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja organizzat laqgħa ta’ djalogu ma’ rappreżentanti tal-partiti politiċi dwar il-politika li għandu jħaddan il-Parlament Ewropew fil-leġislatura li jmiss. Il-Kummissjoni għażlet it-tema ‘Naġġustaw l-Ewropa għall-Ġid Komuni’…

Turiżmu

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew Malta ftit aktar minn 78,000 turist abbord il-vapuri tal-passiġġieri. Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kien hemm żieda ta’ aktar minn 810,000 passiġġier meta…

Xogħol

Ċifri tal-Eurostat juru li Malta hija fost 13-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea li sal-2018 kienet diġà qabżet il-miri tal-impjiegi li kellhom jintlaħqu sal-2020. Il-Eurostat qal li s-sena l-oħra, Malta b’żieda ta’…

Partit Laburista

Il-Partit Laburista permezz tad-deputati Edward Zammit Lewis, Alex Muscat u l-kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Fleur Vella, qal li l-Oppożizzjoni mhix kredibbli meta titkellem dwar il-finanzi tal-pajjiż. Dr Zammit Lewis qal…

Aktar