Barranin
Il-mejta bil-Covid-19 fir-Renju Unit iqarrbu 3,000

Fir-Renju Unit, qabżu l-2,900 l-mejta, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu 569. L-uffiċjali tas-saħħa qalu li huma frustrati bis-sitwazzjoni prekarja.

Aktar minn nofs l-Ingliżi jemmnu li l-gvern tal-Prim Ministru Boris Johnson missu sejjaħ lockdown ferm qabel.

F’konferenza llejla, is-Segretarju għas-Saħħa, Matt Hancock, qal li l-Gvern kien mexa fuq il-pariri xjentifiċi, u ħa l-passi skont il-bżonn biex jevita li ammonti kbar ta’ nies ikollhom bżonn is-servizzi tas-saħħa f’daqqa.

Qal li d-dejn ta’ £13.4 biljun tal-NHS se jinħafer, biex is-servizz ikun f’pożizzjoni iktar b’saħħitha biex jiġġieled il-Covid-19.

Fl-isfond ta’ din il-pandemija, il-British Airways mistennija tissospendi b’mod temporanju mas-36,000 ħaddiem. Hu rrappurtat li wħud minnhom ilmentaw li semgħu għall-ewwel darba b’dan il-pjan fuq it-televiżjoni.

Il-kumpanija ilha aktar minn ġimgħa tiddiskuti mal-union – biż-żewġ naħat għad iridu jilħqu qbil dwar uħud mid-dettalji.

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Sidien ta’ ħanut tal-kafè li joffri spalla għal dawk li jkunu għaddejjin minn mard serju u esperjenzi trawmatiċi issa sabu wkoll min joffri spalla lilhom. Il-ħanut Jacob’s Brew – Pay…

Lokali

Il-Gvern Malti se jkompli jikkopera mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri, speċjalment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-fruntiera. F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, is-Segretarju…

COVID-19

Il-manifattur Ingliż tal-mediċini AstraZeneca rdoppja l-kapaċitajiet ta’ manifattura għal vaċċin potenzjali għal 2 biljun doża bid-distribuzzjoni mistennija li tibda fil-ħarifa. Bħalissa qed isiru l-provi kliniċi iżda s-sid tal-kumpanija Pascal Soriot…

Aktar