Barranin
Il-mejta bil-Covid-19 fl-Italja qabżu l-4,000

L-Italja tkompli żżid ir-restrizzjonijiet wara ġimagħtejn ta’ lockdown

L-Italja, l-aktar pajjiż milqut bil-coronavirus, kompliet iżżid r-ristrizzjonijiet minkejja li daqt tkun ilha gimagħtejn bil-lockdown. Filwaqt li komplew jiżidedu l-infezzjonijiet u l-imwiet, l-awtoritajiet għalqu l-parks u qed jipprojbixxu lill-persuni milli jagħmlu l-eżerċizzju bħal mixi u ġiri jekk ma jkunux ħdejn id-dar tagħhom.

S’ issa fl-Italja mietu ’l fuq minn 4,000 persuna, bl-għadd ta’ infezzjonijiet jiżdiedu għal iżjed minn 47,000 minn mindu faqqgħet l-epidemija bħal-lum xahar ilu fil-Lombardija.

Il-Costa Luminosa jkollu jieqaf f’Marsilja

Il-Cruiseliner Taljan, il-Costa Luminosa, ttrakka fil-port ta’ Marsilja fi Franza wara li żewġ passiġġieri li nstabu pożittivi għal Coronavirus tniżżlu minn fuqu aktar qabel waqt il-vjaġġ.

Il-cruiseliner li telaq fil-5 ta’ Marzu minn Florida kellu jispiċċa l-vjaġġ tiegħu f’Venezja.

L-1420 passiġġier u membru tal-ekwipaġġ li jinkludu Amerikani, Taljani u Kanadiżi se jibqgħu abbord il-vapur sakemm ikunu magħrufa r-riżultati ta’ testijiet f’każi ssuspettati ta’ coronavirus.

L-imwiet bil-Covid19 globalment diġà qabżu l-ħdax-il elf, u b’ 275,000 infettati bil-virus u qed jiżdiedu bħal-leħħa ta’ berqa.

Ara wkoll:

ARA: Xeni tal-waħx fl-isptarijiet tal-Italja, it-tobba mhux isibu tarf

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar