Barranin
Il-mejta fl-isplużjoni bil-petrol fil-Messiku jitilgħu għal 71

Telgħu għal 71 il-vittmi fl-isplużjoni ta’ pipeline tal-petrol fil-Messiku, filwaqt li għexieren oħra sfaw feruti.

It-traġedja seħħet il-Ġimgħa filgħaxija, u huwa maħsub li bdiet minn ħallelin li taqqbu l-pipeline biex jisirqu l-petrol.

Meta dan beda jogħla fl-arja, ħafna nies ġrew lejn il-fetħa bil-laned f’idejhom bit-tama li jgawdu huma wkoll mill-petrol li beda ħiereġ.

Qed ikun irrappurtat li l-forzi tal-ordni ppruvaw iwaqqfu n-nies milli jersqu viċin il-petrol, iżda l-folla kienet kbira u ma rnexxilhomx.

Fil-Messiku, ftit litri petrol jiswew iktar mill-paga medja ta’ ġurnata xogħol.

Ara wkoll:

21 persuna nqatlu fi splużjoni f’pipeline taż-żejt fil-Messiku

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ 14-il sena miet wara li missieru waqa’ minn fuq is-sellum għal fuqu. L-inċident seħħ f’Ruma waqt li l-missier u l-iben kienu qed jgħinu lil xulxin waqt li jirranġaw…

Barranin

Il-kardinal Ġermaniż Reinhard Marx qal li hemm evidenza ċara li dokumenti dwar abbużi sesswali tat-tfal inqerdu, biex jinħeba l-abbuż li kompla għaddej bla xkiel. “Files that could have documented the…

Barranin

Il-President tas-Sudan, Omar al-Bashir, iddikjara stat ta’ emerġenza, xolja l-gvern federali u keċċa l-gvernaturi tal-istat kollha. Sigħat wara, Bashir ħatar membri tal-forzi tal-ordni bħala gvernaturi u żamm lill-ħames membri tal-kabinett,…

Barranin

L-Italja wkoll maħkuma minn maltemp qawwi li miegħu mhux biss ġab ħsarat kbar iżda ħasad ukoll il-ħajja ta’ 3 persuni. Fi Frosinone, 2 persuni tilfu ħajjithom u ħalla 2 oħra…

Aktar