Unjoni Ewropea
Il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta – inħarsu l-pjaneta tagħna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta tagħna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

M’hemm l-ebda mod ieħor, għaliex m’hemmx pjaneta oħra. F’dawn l-aħħar deċennji, fl-Ewropa wrejna li possibbli nkissru r-rabta bejn l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tkabbir ekonomiku. Fuq medda twila ta’ żmien, kollha kemm aħna nistgħu ngawdu minn ċaqliq lejn in-newtralità klimatika. Fl-istess ħin, u fuq perjodu qasir ta’ żmien, din it-tranżizzjoni se teħtieġ sforzi sinifikanti u se tinvolvi aġġustamenti sostanzjali miċ-ċittadini u r-reġjuni li jiddependu ħafna aktar minn oħrajn fuq il-fjuwils fossili.

Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni Ewropea se tadotta Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta, inkluż Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta. Irridu niżguraw li t-tranżizzjoni tal-enerġija u talklima tkun ġusta għal kulħadd. Din hija wkoll opportunità biex jintwera li “ħadd ma jitħalla lura” mhix biss hashtag ta’ Twitter, iżda wegħda reali ta’ solidarjetà u ekwità Ewropea.

Mhux il-pajjiżi u r-reġjuni kollha jibdew mill-istess punt. Bħalissa mijiet ta’ eluf ta’ impjiegi u ħafna unitajiet domestiċi għadhom jiddependu fuq il-katina tal-valur tal-fjuwils fossili u lproċessi industrijali intensivi fil-karbonju, kemm jekk dawn jirrigwardaw il-minjieri tal-faħam jew l-industrija tal-azzar, biex nagħtu eżempju. 108 mill-276 reġjun tal-UE għandhom infrastruttura tal-faħam u madwar 237,000 ruħ huma impjegati f’attivitajiet relatati malfaħam, filwaqt li għexieren ta’ eluf jaħdmu f’attivitajiet ta’ estrazzjoni tal-pit u l-industrija tażżejt tax-shale.

L-ilħiq tal-għan ambizzjuż tal-Ewropa għall-2050 se jkun jeħtieġ sforz sinifikanti u t-tranżizzjoni lejn Unjoni newtrali għall-klima se tittrasforma lir-reġjuni tal-Ewropa. Jekk nirnexxu, nistgħu nnaqqsu b’mod sinifikanti l-għadd inaċċettabbli ta’ 400,000 mewta prematura fis-sena minħabba t-tniġġis tal-arja fl-ibliet tagħna.

Aħna u nagħtu bidu għal dan il-vjaġġ, se naraw li ma jitħallew l-art l-ebda reġjun, l-ebda komunità, u l-ebda persuna. Biex ngħinu lin-nies madwar l-Ewropa kollha, mill-minjieri tal-faħam fl-Asturji u fis-Sileżja, sal-pantani tal-pit fil-Midlands, irridu li l-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta jappoġġja lil dawk imħassbin dwar l-impjiegi tagħhom u juri li t-tranżizzjoni tista’ ġġib magħha opportunitajiet għal kulħadd.

Dan jista’ jsir, pereżempju, billi jiġu offruti opportunitajiet ta’ taħriġ mill-ġdid għal dawk li se jiġu affettwati mit-tranżizzjoni. Billi jiġu xprunati impjiegi ġodda fl-ekonomija ekoloġika u blinvestiment fit-trasport pubbliku elettriċizzat, biex insemmu ftit eżempji.

Il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta huwa mod ġdid biex kulħadd jingħaqad sabiex niksbu lprosperità, il-benesseri u futur aktar ekoloġiku għal ġenerazzjonijiet futuri. Se jitwaqqaf Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta bi flus ġodda minbarra dawk ġejjin mill-baġit tal-UE sabiex ikun hemm għotjiet għad-diversifikazzjoni ekonomika u għall-ħaddiema li jeħtieġ li jitħarrġu. Dan se jingrana wkoll fondi privati biex jgħin biex jinħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda biex jieħdu  post dawk li jniġġsu. U, permezz tal-Bank Ewropew taI-Investiment, se jingħata self favorevoli lill-awtoritajiet lokali għall-finanzjament ta’ proġetti ekoloġiċi. Flimkien, dawn l-għodod se joħolqu u jistimolaw investimenti ta’ mill-inqas €100 biljun.

Il-premessa tal-Unjoni Ewropea tagħna hija li l-benesseri tiegħi jiddependi fuq il-fatt li sħabi jmorru tajjeb. Is-solidarjetà tagħna hija interess personali li madankollu huwa konxju u maħsub. U f’dawn iż-żminijiet ta’ taqlib, huwa ċar li l-ebda stat ma jista’ jegħleb l-isfidi kbar waħdu. Bil-Patt Ekoloġiku, l-Ewropa qed tmexxi bl-eżempju fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u strateġija ġdida ta’ tkabbir ekonomiku ekoloġiku. Għandna l-ħiliet, l-imħuħ u tteknoloġija. Mil-lum, għandna wkoll mekkaniżmu li jġib lil kulħadd flimkien f’din it-tranżizzjoni ġusta. Naqsmu kontinent komuni, u flimkien nistgħu nibnu futur ekoloġiku u ottimist.

Inxammru l-kmiem u nibdew naħdmu!

Tagħrif miġbur minn:

IrRappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Aktar