Lokali
Il-memorja ta’ Hugo se tibqa’ ħajja f’Paceville

L-imprenditur Hugo Chetcuti ngħata l-aħħar tislima fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid.

Qabel il-funeral, il-korteo bit-tebut għadda minn Paceville fejn is-Sur Chetcuti kellu lukandi u stabbilimenti tal-ikel u d-divertiment f’Paceville. Hawnhekk, il-ħaddiema nġabru quddiem l-istabbilimenti biex isellmu l-memorja tiegħu.

Fl-isfond tal-mużika My Way, ta’ Frank Sinatra, Hugo Chetcuti ngħata tislima mill-ħaddiema li jaħdmu fl-istabbilimenti tiegħu u li nġabru quddiem l-istabbilimenti li kellu f’Paceville.

Qabel il-funeral, il-korteo bit-tebut għadda mill-mekka ta’ divertiment u waqaf quddiem l-aħħar lukanda tiegħu li tinsab fl-aħħar fażi ta’ żvilupp. Hawnhekk il-qraba u l-ħaddiema li kienu miġbura nfexxu jċapċpu. Dan il-ġest kien segwit minn mumenti ta’ silenzju fejn ma naqasx l-ilfieq ta’ dawk li baqgħu jiftarku lis-Sur Chetcuti bħala ġentlom.

Il-korteo bit-tebut kompla lejn Raħal Ġdid fejn wasal fil-Knisja tal-Parroċċa ta’ Kristu Re għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu għal quddiesa presente cadavere. Hawnhekk intlaqa’ minn mijiet ta’ persuni, bit-tebut jiddaħħal fil-Knisja waqt li Ira Losco interpretat Shepherd of my Soul.

Il-midja rrispettaw id-deċiżjoni tal-familja Chetcuti li ma jidħlux il-Knisja, waqt li segwiet il-funeral minn fuq screen li ntrama fuq iz-zuntier.

Il-Kappillan tal-Parroċċa, Dun Andre Marc Camilleri, għamel omelija pjuttost qasira iżda b’messaġġ ta’ kompassjoni. Huwa qal li mhux ta’ sikwit li l-ikbar knisja f’Malta tkun mimlija kollha, bil-folla preżenti li marret lejn Raħal Ġdid fakkritu fil-folla li kien hemm fil-Belt ta’ Ġeriko.

Dun Camilleri qal li l-folla ma kinitx preżenti biex tispekula, tiddibatti, jew twieġeb ħafna mistoqsijiet li jiġu f’moħħhom. Huwa qal li l-folla ma kinitx miġbura biex tiċċelebra l-kisbiet tas-Sur Chetcuti, u lanqas biex tiġġudika l-azzjonijiet tiegħu. Huwa qal li waqt li kulħadd irid li ssir ġustizzja, illum nitolbu lil Alla biex iħaddnu miegħu kif missier iħaddan lil ibnu. Dun Camilleri qal li s-Sur Chetcuti bena imperu iżda fl-istess waqt baqax trux quddiem dawk kien jeħtiġilhom l-għajnuna.

Waqt li t-tebut kien qed jinħareġ mill-Knisja, reġgħet indaqqet My Way ta’ Frank Sinatra u ma’ tmiem iċ-ċerimonja, ittajru ħamiem abjad.

Il-funeral ta’ Hugo Chetcuti, ta’ 52 sena, li miet wara li qala daqqiet ta’ sikkina f’żaqqu, sar l-għada li l-qorti semgħet id-dettalji kif seħħ l-attakk u kif l-akkużat, Bojan Cmelik, inqabad mill-pulizija ftit wara l-attakk.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Żewġ applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol fuq art ODZ f’Ħal Far u f’Ħaż-Żabbar ġew irtirati ftit qabel ma l-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar kien se jiddeċiedi fuqhom. Id-direttorat tal-ippjanar kien diġà rrakkomanda li…

Annimali

Tard dalgħodu nqabad il-ħames qattus mid-dar ta’ Janet Harvey, l-anzjana Ingliża li nstabet mejta fis-sodda tal-appartament tagħha fil-Qawra. Fl-istess appartament mal-mara kien instab ukoll kelb mejjet taħt is-sodda, kif ukoll…

Annimali

Proġett li qed isir mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti għandu l-għan li jżid it-tkattir tal-barbaġann fis-selvaġġ. Il-barbaġann huwa tajra tal-priża li sar popolari bħala annimal domestiku, li iżda n-numru tiegħu naqas…

Saħħa

Fuq il-programm TVAM, ġiet diskussa t-tema tal-morning after pill u kif tinbigħ fl-ispiżeriji. Dr Claire Shoemake u Dr John Vella, it-tnejn membri tal-Malta Chamber of Pharmacists, qalu li spiżerija tista’…

Aktar