Barranin
Il-Messiku b’passi biex jikkontrolla l-immigranti Messikani li jmorru l-Istati Uniti

Il-Messiku aċċetta li jieħu passi biex jikkontrolla l-ammont kbir ta’ immigranti Messikani li jidħlu ġo l-Istati Uniti, u dan biex il-pajjiż ma jeħilx it-taxxi kummerċjali li bihom qed jhedded li se jimponi l-President Amerikan Donald Trump. Trump żvela li l-ftehim ġie milħuq mal-Messiku u li għalhekk se jkun qed jissospendi t-tariffi b’mod indefinit. Trump kien qed jhedded li t-tariffi ta’ importazzjoni fuq il-Messiku minn ħamsa għal ħamsa u għoxrin fil-mija sa Ottubru li ġej, jekk il-Gvern Messikan ma jiħux passi drastiċi biex jikkontrolla lil niesu milli jidħlu ġol-Istati Uniti.

Il-ftehim kien ikkonfermat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Messikan Marcelo Ebrard, wara jiem ta’ negozjati mal-Istati Uniti. F’dikjarazzjoni konġunta bejn iż-żewg naħat ġie maqbul li l-Messiku se tkun qed tibgħat il-gwardji nazzjonali tagħha mifruxa mal-pajjiż, l-iktar iżda fuq il-fruntiera bejn il-Messiku l-Istati Uniti sa minn nhar it-Tnejn li ġej. L-Istati Uniti min-naħa tagħha wegħdet li se tespandi l-programm li jibagħtu r-refuġjati Messikani lura lejn il-Messiku, u dan waqt li jkunu qed jistennew jekk jistgħux jingħataw ażil jew le.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Barranin

Tkompli għaddejja l-kontroversja dwar il-vapur taż-żejt Iranjan li kien ilu miżmum minn Ġibiltà minn Lulju minħabba suspetti li kien qed iġorr iż-żejt lejn is-Sirja. Il-vapur issa telaq minn Ġibiltà minkejja…

Barranin

Kelliema għall-għaqda mhux governattiva Spanjola, Proactiva li topera l-vapur ‘Open Arms’ qalet li l-vapur ma jistax ibaħħar u jiżbarka fil-port ta’ Algeciras fin-naħa t’isfel ta’ Spanja, minħabba li ddeskriviet is-sitwazzjoni…

Aktar