Unjoni Ewropea
Il-MEUSAC b’400 sessjoni ta’ taħriġ, attivitajiet u konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-UE u l-fondi Ewropej

Matul l-2019, il-MEUSAC tellgħet 34 attività pubblika u laqgħat ta’ konsultazzjoni u 39 sessjoni għat-tfal u għall-istudenti dwar l-Unjoni Ewropea (UE).

Saru wkoll 5 sessjonijiet ta’ taħriġ u 300 laqgħa personalizzata ma’ NGOs, ma’ kunsilli lokali u ma’ entitajiet tal-gvern dwar il-proċess ta’ applikazzjoni għal fondi Ewropej.

B’riżultat ta’ dan, ġew sottomessi 95 applikazzjoni għal proġetti differenti f’diversi oqsma fosthom l-edukazzjoni, l-infrastruttura fil-komunitaijiet kif ukoll it-titjib fl-ambjent.

Dan ħareġ mir-rapport annwali tal-aġenzija għas-sena 2019 li poġġa fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela li hu responsabbli mill-MEUSAC.

Mir-rapport toħroġ ukoll il-ħidma tal-membri tal-istaff tal-MEUSAC biex iwasslu informazzjoni korretta u fattwali dwar l-UE, id-drittijiet u l-obbligi ta’ Malta bħala stat membru kif ukoll taċ-ċittadini Maltin bħala ċittadini tal-UE.

Fi stqarrija l-Ministru Carmelo Abela qal li jinnota l-ħidma pożittiva u effettiva li twettaq il-MEUSAC ma’ diversi msieħba fis-soċjetà u li hi unika fl-UE, għaliex fl-ebda pajjiż ma teżisti aġenzija li sservi ta’ one-stop-shop fejn iċ-ċittadini jsibu informazzjoni u assistenza marbuta mad-drittijiet u mal-obbligi tagħhom fl-UE, isemmgħu leħinhom dwar x’pożizzjoni għandha tieħu Malta fuq liġijiet li jaffettwawna, u fl-aħħar u mhux l-inqas kif jibbenefikaw b’mod konkret mill-fondi tal-Ewropej.

Ir-Rapport Annwali jinkludi wkoll il-ħidma taċ-Ċentru Europe Direct li tmexxi l-MEUSAC f’Malta biex toffri s-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-UE.

Ħafna mill-ħidma tal-MEUSAC u ċ-Ċentru Europe Direct, is-sena l-oħra kienet iffukata fuq l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li saru f’Mejju 2019. Matul l-2019 tfakkar ukoll il-15-il anniversarju tas-sħubija ta’ Malta fl-UE.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Il-Kummissjoni Ewropea iddeċidiet li tirreferi lill-Awstrija, il-Belġju u l-Olanda lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja talli naqsu milli jimplimentaw b’mod sħiħ ir-regoli tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus. Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob li jittieħdu…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar sejħa għal proġetti kofinanzjati minn fondi Ewropej għall-imsieħba soċjali li jiffurmaw parti mill-MCESD u organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed jagħtu kontribut attiv…

Politika

B’reazzjoni għall-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia lbieraħ, dwar ix-xhieda fil-kawża tiegħu dwar il-kuntratt mal-Vitals, kelliem għan-Nexia BT Manuel Castagna, qal li x-xhieda tiegħu fil-qorti kienet li l-kumitat ta’ aġġudikazzjoni li…

Lokali

L-SDG Index and Dashboards Report 2020, ippubblikat minn Bertelsmann Stiftung u min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli klassifikaw lil Malta fit-32 post minn fost 166 pajjiż, b’total ta’ 76 punt…

Aktar