Il-mewt tal-immigranti: Maġistrati Taljani jinvestigaw f’Malta

Il-Gvern qal fi stqarrija li l-bieraħ f’pajjiżna saret laqgħa ta’ kordinament organizzata mill-Aġenzija Ewropea, il-Eurojust, dwar l-inċident li seħħ ix-xahar li għadda fejn 29 immigrant kienu ddaħħlu mejta Malta fuq lanċa li kienu fuqha.

Immigranti oħra li kienu ħajjin fuq l-istess lanċa ddaħħlu Messina, l-Italja.

Preżenti għal-laqgħa ta’ kordinament kien hemm Maġistrat Taljan li jirrappreżenta l-uffiċċju tal-Eurojust l-Italja kif ukoll żewg Maġistrati mill-Prokura tar-Repubblika Taljana, f’Messina.

Preżenti ukoll kien hemm il-Vice Questore ta’ Messina.

Fil-laqgħa kien hemm preżenti il-Maġistrat inkwerenti ta’ dan il każ Dr Aaron Bugeja, ir-rappreżentant tal-Eurojust Malta, kif ukoll uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija Malti.

Sadanittant l-investigazzjonijiet qed ikomplu.