Immigrazzjoni
Il-Prim Ministru tal-gvern ta’ għaqda nazzjonali tal-Libja bi żjara uffiċjali f’Malta għada

L-isfida tal-immigrazzjoni llegali u s-sigurtà fil-Mediterran se jkunu fost it-temi ewlenin diskussi għada f’Kastilja waqt żjara uffiċċjali f’Malta mill-Prim Ministru tal-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali tal-Libja, Fayez al-Serraj.

Iż-żjara se tirreċiproka dik li saret fl-aħħar ta’ Mejju fil-Libja mill-Prim Ministru Robert Abela li matulha ġie konkluż ftehim għat-twaqqif ta’ ċentru ta’ ko-ordinazzjoni f’Malta u ieħor fi Tripli li bihom il-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi se jikkollaboraw fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali fil-Libja u r-reġjun tal-Mediterran. Il-Prim Ministru Libjan se jkun akkumpanjat mill-Ministri tal-Intern u tal-Affarijiet Barranin.

Ħames ġimgħat mill-iffirmar fi Tripli ta’ ftehim bejn il-gvern Malti u l-gvern ta’ għaqda nazzjonali tal-Libja dwar il-kontroll tal-immigrazzjoni illegali, matul il-ġurnata tat-Tnejn il-Prim Ministri Robert Abela u Fayez al-Serraj se jerġgħu jiltaqgħu għal aktar taħdidiet din id-darba f’Malta.

Sorsi qrib il-gvern qalu lil tvm.com.mt li f’dawn il-ġimgħat kien reġistrat progress fit-twettieq ta’ dak li ż-żewġ naħat qablu fil-prinċipju li jwettqu. L-istess sorsi qalu li sar ħafna xogħol biex jitwaqqfu żewġ ċentri – wieħed f’Malta u ieħor fi Tripli – biex tissaħħaħ il-ko-ordinazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-immigranti. Dawn iċ-ċentri kellhom jibdew joperaw f’dawn il-granet.

Bil-ftehim, dawn iċ-ċentri ser ikollhom tliet uffiċjali f’Malta u tlieta oħra fil-Libja. Il-gvern Malti ser ikun rappreżentat b’uffiċjal minn tlieta maħtur minnu fi Tripli filwaqt li l-gvern ta’ għaqda nazzjonali tal-Libja ser jaħtar uffiċjal fiċ-ċentru ta’ Malta flimkien ma żewġ uffiċjali maħtura mill-gvern Malti. Malta qablet li tagħmel tajjeb għall-finanzjament taċ-ċentri.

Dan kollu qed iseħħ fl-isfond ta’ stimi li jindikaw li fil-Libja hemm mat-800,000 immigrant li ħafna minhom waslu minn pajjiżi oħra, bil-ħsieb li mal-ewwel ċans jitilqu lejn l-Ewropa fejn jittamaw li jkollhom ħajja aħjar. Bil-ftehim, Malta ntrabtet li tagħti appoġġ lil-Libja b’inizjattivi fl-Unjoni Ewropea, fosthom fl-għoti ta’ aktar għajnuna finanzjarja biex il-Libja ssaħħaħ is-sigurtà fil-fruntieri fin-nofsinhar tal-pajjiż, tikseb teknoloġiji għall-kontroll tal-fruntieri u jkollha laneċ ġodda biex trażżan it-traffikar uman fiż-żona Libjana ta’ tiftix u salvataġġ. Il-Prim Ministru Robert Abela qal kemm-il darba li s-soluzzjoni għal problema tal-immigrazzjoni hi azzjoni konkreta fix-xtut tal-Libja.

Ara wkoll:

Malta u l-Libja jaqblu li jitwaqqfu żewġ ċentri ta’ koordinament fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar