Lokali
Il-mexxejja Ewropej fosthom il-PM Abela fi skambju pożittiv mal-President Amerikan

Il-mexxejja Ewropew fosthom il-Prim Ministru Malti Robert Abela kellhom laqgħa mal-President Amerikan Joe Biden waqt is-summit tal-Kunsill Ewropew li ttella’ l-Ħamis b’mod virtwali.

Din il-laqgħa saret fuq stedina tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michell u matulha ġew diskussi bosta temi fosthom ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-UE, il-ħidma flimkien kontra l-pandemija u l-bidla fil-klima. Fuq l-aġenda wkoll ir-relazzjoni tagħhom mar-Russja u ċ-Ċina.

Intant fuq post fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ il-laqgħa tal-Ħamis bħala skambju pożittiv mal-President tal-Istati Uniti Joe Biden dwar aktar kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.