Unjoni Ewropea
Il-mexxejja Ewropej ma jiftehmux fuq il-pakkett ta’ rkupru tal-UE

F’summit virtwali, il-mexxejja Ewropej ma laħqux ftehim fuq il-pakkett ta’ rkupru ta’ €750 biljun maħsub biex itaffi l-effetti tal-kriżi tal-pandemija.

Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, qalet li l-pontijiet li għad irid jibnu l-pajjiżi Ewropej huma kbar. Madankollu rrikonoxxiet li kienet diskussjonijiet kostruttiva ħafna.

L-Iżvezja, id-Danimarka, l-Awstrija u l-Olanda qed jopponu l-pjan tal-Unjoni Ewropea li tqassam €500 biljun f’għotjiet. Dawn il-pajjiżi qed jinsistu li dan l-ammont għandu jingħata b’self. L-Italja u Spanja huma l-iktar pajjiżi li se jibbenefikaw minn din l-għajnuna finanzjarja.

“It was the occasion to observe that on different points there is an emerging consensus, which is very positive, but at the same time, we don’t underestimate the difficulties,” qal il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel.

It-taħditiet se jissuktaw f’nofs Lulju meta hu mistenni li l-mexxejja jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ fi Brussell.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Aktar