Barranin
Il-mexxejja tal-G7 b’dikjarazzjoni li tassigura li ebda pandemija oħra ma tħarbat lid-dinja

Il-mexxeja tal-pajjiżi ekonomikament l-aktar b’saħħithom fid-dinja, il-G7 impenjaw ruħhom li jużaw ir-riżorsi kollha tagħhom fi sforz biex jassiguraw li l-ħerba li tikkawża pandemija bħal Covid-19 ma terġax tirrepeti ruħha.

Fit-tieni jum tas-summit f’Cornwall, huma ħarġu dikjarazzjoni b’sensiela ta’ miżuri biex jilħqu dan il-għan. Fost l-għanijiet hemm li jnaqqsu ż-żmien biex tiġi żviluppata tilqima għal inqas minn 100 ġurnata.

Il-Ġimgħa, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson fetaħ is-summit b’talba biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza globali. Wara t-taħdidiet tal-Ġimgħa, mal-mexxejja tal-G7 ingħaqdet ir-Reġina Eliżabetta it-tieni għal ċena.