Barranin
Il-mexxejja tal-UE jaqblu li jżidu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tat-tilqim kontra l-Covid-19

F’laqgħa virtwali lbieraħ, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu li jżidu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tat-tilqim kontra l-Covid.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel qal li qed jappoġġjaw bi sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea li qed taħdem bla waqfien biex tidentifika l-ostakli fid-distribuzzjoni u l-produzzjoni. Semma wkoll kif qiegħed jitlob lil kumpaniji farmaċewtiċi sabeix jonoraw il-wiegħdiet li għamlu.

Dawn il-kummenti saru wara l-kritika interna wara li l-Unjoni Ewropea qed taffaċja ħabba x-xiri konġunt tat-tilqim. Madanakollu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Urusla Von der Lyen qalet li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jinsabu f’pożizzjoni tajba biex sa’ tmiem is-sajf jkunu tlaqqmu 70% tal-popolazzjoni.