Media Soċjali
Il-midja soċjali qed tkattar jew teqred il-Malti?

Il-Maltin huma fost aktar li qed jużaw il-mezzi teknoloġiċi b’iżjed minn tliet kwarti tal-popolazzjoni Maltija jagħmlu użu mill-mezzi tal-midja soċjali kuljum. Iżda x’effett x’għandha din ix-xejra fuq it-tħaddim u l-użu tal-lingwa Maltija?

Il-Maltin huma t-tieni l-iżjed poplu fl-Unjoni Ewropea li jagħmel użu mill-mezzi tal-midja soċjali bħal Facebook u Twitter b’79 fil-mija tal-Maltin jużawhom biex jikkomunikaw kuljum.

Skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru, 94 fil-mija tal-Maltin jużaw il-midja soċjali almenu darba f’ġimgħa. Kien hemm biss ħamsa fil-mija li qalu li qatt ma jużaw.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, Dr. Michael Spagnol, qal li l-preżenza tal-Malti fuq il-midja soċjali hija qawwija, iżda l-mod kif titħaddem il-lingwa m’huwiex dejjem skont il-prassi. Mistoqsi jekk l-użu tal-Malti fuq l-internet huwiex isaħħaħ jew idgħajjef il-lingwa Maltija, partikolarment fost ġenerazzjoni żagħżugħa, Dr. Spagnol qal li l-munita għandha ż-żewġ naħat tagħha.

“Il-preżenza tal-Malti fuq Facebook hija qawwija, kemm fin-numru ta’ paġni, anki fuq Instagram ġieli tara paġni u siti li jużaw il-Malti, anki fil-kummenti ħafna nies jużaw il-Malti, jiġifieri l-inkwiet ikun kieku l-Malti m’huwiex jintuża, imma l-Malti qiegħed jintuża, issa l-punt huwa: qed jintuża tajjeb?”

Minkejja l-perċezzjoni li l-Malti qed imajna, Dr. Spagnol qal li qatt daqs illum ma kien hemm għatx għat-tagħlim tal-Malti. Qal li d-dipartiment tal-Malti huwa l-ikbar wieħed fi ħdan il-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, b’madwar ħames mitt student jistudjaw il-Malti f’diversi livelli, u saħansitra hemm anke divesi barranin li qed itejbu l-livell ta’ profiċjenza tagħhom fl-ilsien Malti. Dr Spanjol appella għar-rispett aktar għal-lingwa Maltija mill-entitajiet tal-gvern.

“Nixtieq inħeġġeġ lill-ministeri u lill-entitajiet governattivi u l-istituzzjonijiet li jaraw li s-siti tagħhom u l-paġni tal-mezzi soċjali jkunu bil-Malti u bl-Ingliż; għandna ħafna siti li huma bl-Ingliż biss.”

Dr. Spagnol qal li l-Malti, bħal kwalunkwe lingwa oħra, qed ikompli jevolvi u l-użu tiegħu fuq il-mezzi tal-media soċjali huwa riflessjoni ta’ kif is-soċjetà qed tużah u tħaddem l-idjoma f’kuntesti differenti, fosthom anki fid-dinja virtwali.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Reklam fuq Malta Park biex ibiegħ oġġetti misruqa reġa’ daħħal lil Ronald Baldacchino minn Ħal Qormi f’xebgħa inkwiet. Baldacchino tressaq il-qorti u ġie mixli li seraq apparat mużikali tal-band Cryptic…

Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li sal-bidu tas-sena d-dieħla d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji se jiġi rilokat f’binja ġdida ta’ tliet sulari f’Santa Venera. F’reazzjoni għar-rapport tal-kumitat tal-kunsill tal-Ewropa kontra l-ħasil tal-flus, MONEYVAL,…

Qorti

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola. Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u…

Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Aktar