Barranin
Il-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu mhux ta’ periklu

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem.

Skont ir-rapport, partikuli kbar, u l-biċċa l-kbira tal-partikuli żgħar, ma jiġux assorbiti mill-ġisem.

Biss, ir-rapport jgħid li dan kollu qed jiġi bbażat fuq informazzjoni limitata u għalhekk hemm bżonn ta’ aktar riċerka fuq dan.

Il-WHO qalet li tinsab aktar imħassba bil-fatt li, f’xi pajjiżi, l-ilma kkonsmat ma jiġix ippurifikat biżżejjed biex jinqerdu t-traċċi tal-ħmieġ tal-bniedem u xi kimiċi.

Meta l-ilma jiġi trattat kif suppost, apparti li jinqerdu traċċi li jagħmlu ħsara kbira lis-saħħa tal-bniedem, jiġi eliminat mad-90% tal-mikroplatiċi.

Minkejja dan kollu, il-WHO tħeġġeġ lill-konsumatur biex jirriċċikla u jnaqqas l-użu tal-plastik minħabba kwistjonijiet ambjentali.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

In-numru ta’ Amerikani bla xogħol reġa’ żdied għal numri rekord, għat-tieni ġimgħa konsekuttiva. Iktar minn 6.6 miljun persuna marru jirreġistraw għax-xogħol sat-28 ta’ Marzu, qal id-Dipartiment tax-Xogħol, iktar mid-doppju tal-ġimgħa…

Barranin

Fir-Renju Unit, qabżu l-2,900 l-mejta, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu 569. L-uffiċjali tas-saħħa qalu li huma frustrati bis-sitwazzjoni prekarja. Aktar minn nofs l-Ingliżi jemmnu li l-gvern tal-Prim Ministru Boris…

Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea ħabbret pjan ta’ protezzjoni għall-impjiegi u l-ħaddiema affettwati mill-pandemija. Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen qalet li se tingħata għajnuna finanzjarja lill-istati membri li tammonta għal mitt biljun…

Barranin

L-istatistika tal-qgħad fl-Istati Uniti qed turi li f’ġimgħa waħda kien hemm 6.65 miljun persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan in-numru rdoppja minn ġimgħa ilu, fejn kien hemm 3.3 miljun jirreġistraw għall-benefiċċji tal-qgħad….

Aktar