Lokali
Il-mina minn Ħal Luqa lejn Ħal Kirkop magħluqa – konġestjoni fl-inħawi

Dalgħodu l-mina li twassal minn Ħal Luqa lejn Ħal Kirkop kellha tingħalaq bla ħsieb biex isiru xogħlijiet urġenti.

Il-Pulizija ħabbret li l-mina kellha tingħalaq fit-8.00 ta’ filgħodu. Dan ikkawża konġestjoni madwar iż-żona tal-ajruport, bis-sewwieqa imħeġġa li jevitawha fejn possibbli.

Il-mina fid-direzzjoni opposta ma ġietx affettwata u tinsab miftuħa għat-traffiku b’mod normali.

Konġestjoni qrib l-ajruport dalgħodu (Ritratt:MRTU)
Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-dislessja – kundizzjoni li tfixkel lill-persuna biex titgħallem taqra minhabba li ma tagħrafx uħud mill-ittri u simboli, hi meqjusa bħala ostaklu fil-proċess edukattiv, għalkemm illum hemm mezz ta’ għajnuna biex…

Annimali

Liġi ġdida qed toffri aktar setgħa fil-ħarsien tal-annimali, partikolarment il-klieb li kienu jinżammu marbutin il-ħin kollu b’katina, billi dan il-kunċett issa hu projbit. Madanakollu, id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali saħaq li l-klieb…

Statistika

Illum huwa l-Jum Ewropew tal-Istatistika, li qed jiġi ċċelebrat għat-tielet darba. Dan il-jum joħroġ aktar fid-deher il-valur tal-istatistika uffiċjali, li f’Malta tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Tliet snin bogħod mill-akbar eżerċizzju…

Infrastruttura

Simpożju organizzat minn Wirt Iż-Żejtun iffoka fuq l-iżvilupp matul iż-żminijiet tar-raħal Malti, fost l-oħrajn bis-sehem ta’ professur Ingliż, li rriċerka dwar l-irħula Maltin. Fis-simpozju, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici ħabbar li…

Aktar