Lokali
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin javża biex il-Maltin jevitaw li jmorru fi Sri Lanka

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ qed javża lill-Maltin biex ma jivvjaġġawx lejn is-Sri Lanka. Dan wara l-isplużjonijiet li seħħew li qatlu 138 persuna, darbu 400 persuna u laqtu lil tliet knejjes u 4 lukandi.

Fi stqarrija, ippubblikata fuq Facebook, il-Ministeru qal li Sri Lanka bħalissa għaddej minn instabilità politika. Qal li dawk il-Maltin li jinsabu fi Sri Lanka għandhom isegwu l-istruzzjonijiet lokali u jevitaw żoni iffullati.

Dawk li beħsiebhom imorru lejn is-Sri Lanka huma mħeġġa li sitt ġimgħat qabel ma jmorru jagħmlu testijiet tas-saħħa.  Intqal li fi Sri Lanka s-servizzi tas-saħħa mhumiex ta’ ċertu standard. F’każ ta’ emerġenza, il-Maltin li qegħdin fi Sri Lanka jistgħu jċemplu l-ambulanza fuq 00112691111.

Il-passapporti għandhom ikunu validi sa sitt xhur wara d-data li fiha se jkunu fil-pajjiż.

Ara wkoll:

Fi Sri Lanka jinqatlu 100 persuna fi splużjonijiet fi knejjes

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar