Edukazzjoni
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jħeġġeġ l-MUT biex tkun imsieħeb importanti fit-tiġdid tas-sistema edukattiva

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni rrefera għall-kummenti tal-Union tal-Għalliema, l-MUT dwar it-tiġdid li qed isir fis-sistema edukattiva.

Il-Ministeru fakkar li l-istess MUT hi involuta u għalhekk infurmata f’laqgħat organizzati mid-direttorati konċernati. Il-Ministeru qal li jibqa’ jemmen li s-suċċess mixtieq u meħtieġ fl-edukazzjoni jinkiseb meta l-partijiet jiġu flimkien bl-intenzjoni li jkomplu jtejbu u jiġġeddu biex fir-realtà l-affarijiet jitwettqu.

Il-Ministeru ħeġġeġ lill-MUT biex hi wkoll tkun imsieħeb importanti f’dan it-tiġdid li qed isir fl-edukazzjoni u tkun parteċipi b’mod pożittiv u attiv. Intqal li permezz ta’ ‘My Journey’, id-direttorati u l-entitajiet konċernati qed jaħdmu biex l-esperjenza edukattiva fl-iskejjel tkompli tkun waħda ekwa, ta’ kwalità u inklussiva. Il-Ministeru qal li kwistjonijiet relatati mat-timetable qed jingħataw l-attenzjoni dovuta mid-dipartiment responsabbli.

Ara wkoll:

L-MUT imħassba bil-programm ‘My Journey’

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar