Edukazzjoni
Rapport jikkonkludi li m’hemm l-ebda evidenza dwar allegazzjonijiet fl-MCAST

Bord ta’ Inkjesta maħtur f’Lulju li għadda mill-Ministeru għall-Edukazzjoni kkonkluda li ma kien hemm l-ebda evidenza fuq għadd ta’ allegazzjonjiet li ntqalu minn uffiċjal fil-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija l-MCAST fil-konfront ta’ individwi fl-amministrazzjoni fil-kulleġġ.

Il-bord madanakollu rrakkomanda li r-rapport jgħaddi għand il-pulizija, u l-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li dan sar b’mod immedjat.

Fi stqarrija l-Ministeru qal li f’Lulju li għadda kien irċieva numru ta’ allegazzjonijiet relatati mal-MCAST, u li dawn kien għaddihom lill-Pulizija b’mod immedjat. Intqal li l-Ministru kien ukoll ħatar bord ta’ inkjesta taħt l-Att dwar l-Inkjesti biex jevalwa allegazzjonijiet oħra ta’ natura operattiva u amministrattiva tal-Kulleġġ.

Intqal li dan ir-rapport issa ġie konkluż mill-Bord tal-Inkjesta, u għalkemm fih il-bord ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda evidenza fuq numru ta’ allegazzjonijiet li ntqalu minn uffiċjal fl-MCAST fil-konfront ta’ individwi fl-amministrazzjoni tal-kulleġġ, huwa rrakkomanda li r-rapport jgħaddi għand il-pulizija, kif fil-fatt sar.

Il-Ministeru għadda wkoll ir-rapport fl-intier tiegħu lill-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST.

Fl-istqarrija ntqal li l-bord tal-inkjesta tefa’ dawl fuq numru ta’ nuqqasjijiet amministrattivi u operattivi fl-MCAST matul is-snin u taħt amministrazzjonijiet differenti. Il-Ministeru talab lill-MCAST biex janalizza dawn il-partijiet tar-rapport u jieħu l-passi fejn dovut, filwaqt li għadda wkoll numru ta’ rakkomandazzjonijiet lill-amministrazzjoni tal-MCAST.

Fid-dawl li r-rapport għaddha għand il-Pulizija għal investigazzjoni, intqal li l-Ministeru kien ingħata parir legali biex ma joħrogx ir-rapport, iżda jagħti biss dawn il-konkluzonijiet f’din l-istqarrija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell,…

Saħħa

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż. Bl-iffirmar ta’ protokol…

Kronaka

Ir-residenti tal-blokk appartamenti f’Ħal Qormi, fejn seħħ in-nar dalgħodu, ingħataw is-serħan tal-moħħ li jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li wara li l-Awtorità tad-Djar ħadet…

Qorti

Wieħed minn persuni arrestati waqt party fir-Rabat fil-lejl ta’ Santa Marija l-ġimgħa l-oħra, baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li kellu 66 qartas b’sustanza bajda allegatament droga. L-Ingliż, Ralph…

Aktar