Edukazzjoni
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jisħaq tolleranza żero għal każijiet ta’ aggressjoni fuq l-għalliema

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo stqarr li bħal Union tal-Għalliema, il-Ministeru għandu tolleranza żero f’każijiet ta’ aggressjoni fuq l-għalliema. Il-Ministru Bartolo li kien qiegħed jirreaġixxi għall-istudju tal-MUT li wera l-maġġoranza kbira tal-għalliema qalu li kienu fil-mira ta’ forom differenti ta’ aggressjoni, l-iżjed mill-istudenti u l-ġenituri. Il-Ministru saħaq li każi kollha li ġew irrapportati ġew investigati u ħeġġeġ lill-edukaturi biex jirrapurtaw il-każi li jkollhom biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-Union tal-għalliema l-MUT għandhom l-istess perspettiva li ma jittollerawx l-ebda vjolenza fuq l-edukaturi fl-iskejjel u seperatament iż-żewġ naħat qed jieħdu passi biex każi ta imgieba abbusiva fuq l-edukaturi tkun indirizzata.

Il-Ministru Bartolo qal li studenti u ġenituri li jabbużaw mhux ser isibu ebda ħajt tal-kenn.

Evarist Bartolo qal “spiċċa dak iż-żmien li jiġi xi ħadd u jgħid isma mort u għamilt għal xi ħadd imbagħad se nsib kenn xi mkien.”

Żied jgħid li kull rapport li sar dejjem ġie segwit b’passi xierqa mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi. Dwar iċ-ċifri allarmanti li ħarġu mill-istħarriġ tal-MUT li qalet li 87% tal-edukatur iffaċċjaw l-aggressjoni, il-Ministru Bartolo innota li l-istħarriġ kif qalet l-MUT stess mhux xjentifiku għaliex sar fuq kampjun ta’ 183 mid-disat elef edukatur. Dwar is-sejħa tal-MUT li l-iskejjel għandhom ikollhom uffiċjal tas-sigurtà, il-Ministru Bartolo qal li dan irid isir bil-qies.

Bartolo qal “iva fejn hemm bżonn jkun hemm uffiċjali tas-sigurtà biex nipproteġu lill-edukaturi tagħna imma nagħmluha bil-qies u kif għandha ssir imma rrid inserraħ ras l-edukaturi tagħna li aħna qegħdin hemm biex nipproteġuhom”.

Is-sur Bartolo qal li l-Ministeru nieda servizz online biex jiffaċilita l-ilmenti dwar każi ta’ imġiba abbussiva.

Il-Ministru Bartolo qal “qed ngħidu lill-edukaturi rrapportaw direttament u nwegħduhom li se nkunu qed nieħdu l-passi mill-ewwel.”

Il-Ministru qal li dis-sena ġew allokati €280,000 għas-sigurtà fl-iskejjel u ser jiħraxu l-pieni għal reati ta’ aggressjoni fl-iskejjel.

Intant il-Partit Nazzjonalista wera l-appoġġ tiegħu għall-għalliema waqt li talab azzjoni vera mill-Gvern wara l-istudju tal-Union tal-Għalliema. Fi stqarrija, il-kelliem dwar l-edukazzjoni Clyde Puli qal li donnu l-Ministru Bartolo qed jistenna dak li s-sur Puli sejjah ‘war zone’ biex jagħmel xi ħaġa. Huwa qal li l-Gvern Laburista mhux qed iħares fit-tul biex jiġbed lejn il-professjoni kruċjali tal-għalliema aktar studenti billi jara li l-għalliema jkun żgurati li jgawdu ambjent sigur.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar