Il-Ministeru tat-Trasport jgħid li l-azzjoni tal-UĦM tfisser biss tfixkil żejjed

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura esprima d-diżappunt tiegħu għad-deċiżjoni tal-UĦM li ordnat lill-ħaddiema tal-Malta Public Transport biex għada jipparteċipaw fi strajk tat-trasport pubbliku.

Il-Ministeru fakkar li fil-ġranet li għaddew, il-Qorti ddeċidiet it-triq ‘il quddiem fir-rigward tar-rappreżentanza tal-ħaddiema fil-kumpanija Malta Public Transport Services.

Sfortunatament, l-appelli tal-Gvern biex dan is-servizz essenzjali ma jingħatax aktar skossi, reġgħu ġew injorati għal darb’oħra.

Qal li azzjoni bħal din, filwaqt li bla dubju se tikkawża diffikultajiet fis-servizz tat-trasport pubbliku għal mijiet ta’ persuni li jiddependu minnu kuljum, hija bla ebda bażi u tifsser biss tfixkil żejjed u għalhekk qed jiġi mtenni l-appell biex din id-direttiva tiġi rtirata fl-aħjar interess ta’ kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ragel ta’ 58 sena ġie akkużat li ta b’mus lil kuġinuh wara argument fuq kera. L-inċident seħħ jumejn ilu tard waranofsinhar fi Sqaq Warda, f’Ħal Għargħur. Il-vittma, li għandu 74…

Kronaka

Dalgħodu tilfet ħajjitha l-anzjana li ttajret 4 xhur ilu f’San Ġwann. Hija mietet fl-isptar Mater Dei fejn kienet ilha minn dik inhar tal-inċident f’koma kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbet f’rasha….

Enerġija

L-Awtorità tal-Ippjanar għamlet numru ta’ emendi fil-policy dwar il-pompi tal-petrol, li huma bbażati fuq il-proposti li ġew sottomessi fil-konsultazzjoni li saret aktar kmieni din is-sena. L-Awtorità qalet li fost it-tibdiliet,…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għandu fiduċja sħiħa fiċ-Chairman, il-Kap Eżekuttiv u l-bord kollu tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA, li saħaq li hija istituzzjoni indipendenti u awtonoma. Dr Muscat ġie…

Aktar