Politika
Il-Ministru Bartolo esprima t-tħassib tiegħu dwar it-tensjoni fil-Lvant tal-Mediterran

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo esprima t-tħassib tiegħu dwar it-tensjoni fil-Lvant tal-Mediterran. Waqt laqgħa mal-Ministru tad-Difiża Tork, Hulusu Akar, il-Ministru Bartolo appella għall-kalma, it-tfittxija ghall-kompromess u l-ġid komuni fit-tilwim bejn it-Turkija, il-Greċja u Ċipru.

Fi stqarrija ntqal li ż-żewġ ministri ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Libja, bil-Ministru Bartolo jgħid li Malta hija favur Libja waħda f’idejn il-Libjani stess. Qal li l-gwerra mhix is-soluzzjoni u l-Libjani għandhom jiġu appoġġjati biex isibu ftehim bejniethom għall-ġid ta’ pajjiżhom.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar