Politika
Il-Ministru Bartolo fil-Greċja għal taħditiet dwar l-imigrazzjoni irregolari

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu żjara uffiċjali fil-Grecja fejn kellu taħditiet dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran, il-qagħda fil-Libja u l-impatt tal-immigrazzjoni rregolari fuq Malta u l-Greċja.

Fi stqarrija ntqal li l-Ministru Bartolo ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Grieg Nikos Dendias f’Ateni u miegħu tkellem dwar l-importanza tal-paċi fil-Lvant tal-Mediterran u l-valur tas-solidarjetà bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Bartolo qal li fl-aħħar 15-il sena, il-pajjiżi tal-Unjoni ħadu biss 8% tal-immigranti rregolari li waslu Malta u enfasizza fuq l-importanza li l-Unjoni tagħmel iktar biex tassisti lil-Libja tindirizza l-problema tal-immigrazzjoni.

Matul iż-żjara, iż-żewġ ministri ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim li jippromwovi t-taħriġ u l-iskambju tal-aqwa prattiċi bejn id-diplomatiċi u l-esperti Maltin u Griegi.