Politika
Il-Ministru Bartolo jawgura li fil-Libja ma jkunx hemm aktar min jaħtaf il-ġid għalih

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo qal li huwa jittama li fil-Libja ma jkunx hemm aktar min jaħtaf għalih il-ġid tal-poplu.

Huwa rrimarka dan waqt laqgħa li kellu fil-Lussemburgu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja Najla Al Mangoush.

Il-Ministru Bartolo jinsab il-Lussemburgu għal-laqgħa tal-ministri responsabbli mill-affarijiet barranin tal-pajjiżi tal-UE.

Huwa u l-Ministru Libjan iddiskutew is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż u Bartolo awgura li jirrenja l-ispirtu ta’ Omar Al Mukhtar li kien ta ħajtu għal Libja ħielsa u maqgħuda.

Waqt il-laqgħa bejn il-ministri Ewropej il-Ministru Bartolo ħeġġeġ biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi fil-Golf Għarbi.

Huwa nsista li aħjar ikun hemm diplomazija kwieta milli ħafna kundanni storbjużi fil-konfront ta’ dawn il-pajjiżi.