Politika
Il-Ministru Bonnici jkeċċi konsulent li bidel il-profil tal-Wikipedia ta’ Pieter Omtzigt

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ttermina b’effett immedjat il-kuntratti kollha ta’ konsulenza li kellha għal dawn l-aħħar snin persuna fi ħdan l-istess ministeru.

Dan wara li rriżulta minn investigazzjoni teknika li saret, li fil-ġimgħat li għaddew din il-persuna użat kompjuter reġistrat fuq l-istess Ministeru biex tbiddel il-profil tal-Wikipedia ta’ Pieter Omtzigt.

Omtzigt huwa Membru tal-Parlament Olandiż, u r-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

Ras għal ras il-Maltin huma t-tieni l-aktar li jiġġeneraw skart fid-djar tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Skont ċifri tal-Eurostat, kull Malti jiġġenera medja ta’ 647kg skart fis-sena. Jaqbżuna biss id-Daniżi li jiġġeneraw…

Lokali

Kampanja ta’ ftit jiem organizzata mill-Malta Music Awards b’kollaborazzjoni tal-istazzjon tal-PBS, Magic Malta, waslet biex 250 persuna daħlu fir-reġistru tad-donaturi tal-organi biex wara mewthom l-organi tagħhom jkunu jistgħu jingħataw għal…

Ambjent

Ġew inawgurati żewġ bowsers state of the art li jitrattaw id-drenaġġ. Dan bħala parti minn proġett maġġuri tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, iffinanzjat minn fondi Ewropej. Dawn il-bowsers huma l-aħħar żieda mal-flotta…

Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Aktar